Sep 26, 2007

09/11

Nhar it-Tnejn filghaxija jien u Chris Ciantar morna r-restaurant ftit metri 'l boghod mill-hotel fejn konna u laqatni l-fatt li kif tidhol hemm tabella kbira bl-ismijiet ta' klienti regolari ta' dak ir-restaurant li tilfu hajjithom fit-twin Towers. Hija ovvja li dik it-tragedja halliet marka kbira fuq l-Amerikani specjalment fuq in-nies ta' New York.

Il-bierah it-Tlieta qabel ma tlaqt lejn l-JFK airport ta' New York, iddecidejna jien u Chris Ciantar li mmorru sa Ground Zero fejn kien hemm it-Twin Towers qabel il-11 ta' Settembru tal-2001 meta sar l-attakk terroristiku tal-Al Qaeda. Kont ghadna qatt ma mort.

Kif wasalna, jimpressjonak il-fatt li qalb dawk l-skyscrapers tara wesgha kbira vojta. Ftit tista tara s-site ghalkemm irnexxilna niehdu xi ritratti minn kif stajna minn xi fethiet zghar li hemm fil-hoarding li jdawwar is-site kollha. Illum ma tara xejn hlief construction site kbira.

Laqatni sticker zghir li hemm ma' bicca mill-hoarding. Hadtilha ritratt. Label zghira b'messagg qawwi "Amplify Love, Dissipate Hate". Messagg li nahseb li huwa f'loku f'sit bhal dak. Effettivament fl-opinjoni tieghi huwa ukoll messagg kontra min jirrispondi ghal vjolenza bi vjolenza, anke jekk dik il-vjolenza hija gwerra dikjarata minn stat. Huwa messagg li ghandu jghina ukoll nikkontrollaw id-diskors taghna ta' kuljum li xi kultant jeccedi l-limitu tal-hsieb razzjonali.

1 comment:

Unknown said...

Kelli okkazjoni immur Ground Zero fl-2003 - sentejn wara li sehhet it-tragedja. Dak iz-zmien l-esperjenza kienet ghadha friska fl-imhuh tan-nies u kont innutajt lil hafna imbikkmin, jew sahansitra bid-dmugh niezel.

Minn dak li ktibt, George, jidher illi l-post diga tilef dik l-aura ta' post sagru li kellu.

Iz-zmien inessi u jfejjaq.