Sep 29, 2007

Rivali izda hbieb dejjem !

Il-bierah filghaxija attendejt l-end of season dinner ta' Sliema ASC, l-event kien tajjeb hafna izda l-istagun ma kienx wiehed felici daqs kif imdorrijin. Is-Sliema rebhu biss il-knockout. (Fir-ritratt nidher mal-captain tas-Sliema, Clint Debono, dakinhar tar-rebh tan-knockout) Ghallanqas din tat ftit konsolazzjoni wara t-telf tal-kampjonat u specjalement wara t-telfa kbira kontra r-rivali eterni tan-Neptunes.

Irrid nammetti li n-Neptunes kien haqqhom jirbhu c-championship. Fil-loghba li ddeterminat il-kampjonat Neptunes laghbu loghba perfetta. Minn naha l-ohra s-Sliema dakinhar kienu qishom f'dinja ohra. Insomma dik il-loghba tal-waterpolo. Jghaddi kemm jghaddi z-zmien dan l-isport jibqa jaffaxxinini anke aktar mill-football.

Illejla mistieden l-end of season event tal-Exiles, club iehor li minkejja l-mezzi limitati, il-kumitat qed jaghmel minn kollox biex jibnu team rispettabli. Qed jinvestu fiz-zghazagh. L-aqwa nvestiment.

Fi ftit granet ohra jkun hemm l-end of season tan-Neptunes. Dakinhar immur ukoll, imma min jaf kemm gejjin botti ! Din il-hajja ta' tas-Sliema u San Giljan. Rivali fis-sajf imma hbieb dejjem !

4 comments:

Tonio said...

George nahseb taf sew kemm jien slimist imma ma nistax ma nifrahx lil stevie camilleri ta neptunes li se jilghab mal partizan dawn il-ftit xhur li jmiss. Avolja player ta neptunes jien qatt ma nieqaf nammirah u lil huh jordan li daqt jasal fil-quccata wkoll....So up the blues imma prosit lil Camilleris.

tonio

george said...

fil-fatt nahseb li Stevie kien il-veru player "barrani" tan-Neptunes din is-sena !

Unknown said...

Il-waterpolo li jiffaxxinak aktar mill-futbol!!! Hallina George!!! Dak ghax izzomm mal-Lazio! Kieku kont izzomm ma tim sura ta' nies, kont issib hafn'aktar sodisfazzjon fil-futbol!

Unknown said...

Prosit George, ma stajtx ghazilt titlu ahjar. B'dieqa kbira nghid li lieku ma jkunx ghal Neptunes u Sliema, kieku il-waterpolo lokali jispicca. Ghaldaqstant, prosit lil dawk il-membri tal kumitat li jaghtu hafna minn hinhom ghal dan l-isport. Il-hasra kbira illi ma tantx qed nara zghazagh li jithajru ghal dan l-isport. Mur gib kellhom jittrenjaw fl-ilma bahar minn Mejju fis-sitta ta'kull filghaxija - O zmien helu kif ghaddejtni :-)
Naghlaq billi nghid prosit lin-Neptunes ghax haqqhom u prosit u awguri lil Stevie - tghaddi jew ma tghaddix ir-regola tal-barrani, l-istagun li gej Neptunes bil-barrani zgur! Narak Villa Anna Theresa, George - cheers :-)