Sep 30, 2007

Tree Planting Weekend

Il-bierah iltqajt ma' Martin Galea ta' Din l-Art Helwa u Joe Mangion tal-Birdlife sabiex infehmu lil media x'se jigri fit-Tree Planting Weekend li se norganizzaw hdejn it-Torri l-Ahmar fiz-zona maghrufa bhala Foresta 2000, fil-Mellieha, fid-19, 20 u 21 t'Ottubru.

F'Mejju li ghadda l-ghada li kienu gew vandalizzati madwar 3,000 sigraf'lejl wiehed, jien kont ghamilt sfida. Irrid li nhawlu id-doppju biex naghtu risposta. Ir-rispons kien immedjat. Niftakar li fi ftit minuti kien cempilli Shaun Wallis tal-HSBC u ghamel pledge qawwi. U bqajna ghaddejjin. F'temp ta' ftit granet gbarna bizzejjed donazzjonijiet biex f'dak il-weekend diga qeghdin f'posizzjoni li nhawlu 9,000 sigra. Apparti 1,000 sigra ohra li se jaghtini l-Gvern Taljan.

Inhossni sodisfatt, imma nittama ukoll li f'dak il-weekend li se jkun mimli attivita' ghal familja kollha kemm filghodu kif ukoll matul il-lejl, inkunu f'posizzjoni li nigbru donazzjonijiet biex inhawlu 3,000 sigra ohra, biex b'hekk inkunu hawwilna 4 darbiet dak li gie vandalizzat !

3 comments:

nick p said...

jien nixtieq nigi nhawwel sigra dak il-weekend. nista nigi nixtriha dakinhar ?

Unknown said...

9,000 sigra flok 3,000... impressjonanti. Sew jghid il-Malti... Kull deni hudu b'gid!

juve07 said...

dan hu l-aqwa risposta li nistghu naghtu lill-vandali!!!! prosit