Oct 28, 2007

Grazzi mill-qalb !

Dan il-weekend kien fenominali. Ma stennejniex dak ir-rispons. L-entuzjazmu li bih gew in-nies, specjalment it-tfal kien impressjonanti.

Qatt ma mmaginajna li r-rispons se jkun daqshekk qawwi. Il-poplu wiegeb b'determinazzjoni kbira. Ghat-3,000 sigra meqruda, spicca hawwwel vicin hames darbiet aktar !

Gew familji bi tfal, zghazagh, anzjani u l-aktar li mpressjonawni kienu numru ta' persuni b'dizabilita' li minkejja fuq wheelchair ma qaghdux lura biex jigu. Grupp iehor li hadt gost hafna nara kien grupp ta' persuni bi bzonnijiet partikolari li jiehdu sehem fil-programm Equals tal-WasteServ. Gew hemm b'entuzjazmu li laqatni.

Ippermettuli nghid grazzi kbira lill-istaff tieghi, lill-volontiera tal-Birdlife izda fuq kollox lill-haddiema tal-PARK Unit li f'dawn it-tlett ijiem tkissru. Laqatni l-fatt li lejn tard il-Hadd meta t-toqob kollha li kienu lestew matul il-granet ta' qabel kienu imtlew bis-sigar, kienu huma stess minghajr ma staqsejna li offrew li jlesti aktar sigar biex in-nies li gew jaqghtu xewqithom u jhawlu sigra !

Grazzi, grazzi u grazzi mill-qalb !

3 comments:

John said...

Impressjonanti... Jien gejt u rajt b'ghajnejja. Qatt ma kont nimmagina li seta jkun hawn daqshekk nies li ghandhom ghal qalbhom dak li qed isir hdejn it-torri l-ahmar.

Alfred said...

Prosit mill-qalb Sur Pullicino. Issa nispera li s-sena d-diehla issir festa ta' thawwil tas-sigar f'Wied Blandun fil-Fgura. Ghandna bzonn aktar green areas fin-Nofsinhar ta' Malta

juve07 said...

kif ghidtu tajjeb fir-riklami..prosit..biddiltu t-tragiku f'magiku!!