Oct 27, 2007

Irqadna gol-kamp !

Ghadni kemm wasalt lura d-dar wara li dan il-lejl irqadt mal-iScouts ta' St.Michael's College ta' Pembroke hdejn it-Torri l-Ahmar. Dawn l-iScouts huma fost dawk il-volontiera li gew jghinu fit-Tree Planting Weekend. Maghhom hemm l-iScouts ta' B'Kara, Fire & Safety Rescue Unit u ovvjament membri tal-Birdlife.

Wasalt il-Mellieha xi l-11.00pm waqt li l-programm fuq il-palk principali kien ghadu sejjer. Meta spicca kollox, kielna l-hut li ppreparaw l-iScouts. Grazzi specjali lil Martin li huwa kok professjonali.

Dhalna norqdu xi s-2.00am ! Irqadna go kamp li minkejja n-nida u r-rih qawwi li ghamel dan il-lejl irrezista tajjeb hafna. Qomna xi s-6.00am ghalkemm fil-verita qomna xi drabi ohra bl-inhir ta' wiehed mill-persuna li kien maghna ! :)

Esperjenza sabiha. Issa se niehu shower u nerga nitla l-Mellieha ghax fl-10.30am gej il-President, Dr.Eddie Fenech Adami ihawwel sigra ukoll. Ma rridx inkun tard.

No comments: