Oct 17, 2007

Malta - Moldovia

Illejla mort nara l-loghba Malta vs Moldovia. L-ewwel half kien kwazi dizastru ghal Maltin. 3-0 minn taht sal-halftime. Wara li qalghu goal minn penalty fantazma, it-team Malti qiesu inhasad u ma setghax jigi f'tieghu. Meta kien 2-0 u deher li se jibda jirkupra, dlonk qlajna iehor minn zball tad-difiza.

It-tieni half kien storja ohra. Fl-ahhar 20 minuta it-team Malti ghamel rimonta. Minn azzjoni mibdija minn Jamie Pace minn nofs il-ground, li baqa' jinsisti l-hin kollu, it-team Malti naqqas l-iscore ghal 3-1. Imbaghad meta kien fadal biss xi 6 minuti ghat-tmiem tal-loghba ir-referee, li fl-opinjoni tieghi ma kienx up to standard, saffar penalty. Michael Mifsud ma falliex.

Matul il-loghba hadt gost nara l-espressjonijiet fuq wicc Lawrence Gonzi li llum gie jara l-loghba. Lejn l-ahhar tal-loghba dahal fl-entuzjazmu, tant li ghajjat "penalty" b'vuci gholja fuq kulhadd fil-VIP box. Tant li biex niccajta ghidtlu li r-referee beza minnu u tana l-penalty ! Bi ftit aktar fortuna lejn l-ahhar stajna gibna draw.

No comments: