Oct 1, 2007

Workshop tal-Arkitettura

Gew iżuruni tlieta mill-erba' studenti tal-Fakulta' tal-Arkitettura (Edward Coppini, Paula Curmi, Mark Muscat u Giancarlo Torpiano) li ftit granet ilu gew lura mill-belt Taljana ta’ Lucca wara li ħadu sehem f’workshop ta' hmistax-il gurnata bit-titlu “Urban Culture and Landscape Renewal”.

F'Mejju li ghadda waqt li kont Ruma sirt naf b'dan il-workshop li jsir kull sena u tlabt lil Prof. Roberto Schmid tal-IUSS sabiex jaccettaw ukoll numru ta' studenti Maltin. Wara ftit granet kitibli biex jghidli li accettaw u jien tlabt lis-SACES, l-ghaqda tal-istudenti tal-Arkittettura, biex jikkordinaw din l-opportunita'.

Għal dan il-workshop kienu qed jieħdu sehem ukoll studenti universitarji Taljani flimkien ma’ oħrajn minn universitajiet fic-Cina, il-Polonja, il-Jordan u t-Tuneżija. Il-bicca xogħol li kellhom għal dan il-workshop kienet li jaqilbu bini antik mijiet ta’ snin li sa ftit ilu kien għadu jintuża bħala sptar mentali, f’campus universitarju, bil-landscaping b’kollox.

Iżda aktar mill-esperjenza li ggwadanjaw, m’għandix dubju li workshop serva biex jiftħilhom l-orizzonti tagħhom, li sfortunatament huma xi ftit limitati għall-istudenti Maltin.

2 comments:

juve07 said...

Din hi opportunita tajba li zghazagh li ghadhom qed jistudjaw jiehdu esperjenza..prosit

Unknown said...

Ma nafx jien... Nitkellem ghalija, meta mort ghal esperjenza ta' xoghol barra minn Malta, meta gejt lura kont waqajt down ghall-ahhar ghax irrejalizzajt x'kienu l-limitazzjonijiet li ghandna Malta. Peress li ma stajtx nitlaq 'l hemm biex nigri wara xi holma, qlibt il-professjoni!