Nov 22, 2007

Eko-Skola - Storja ta' Success

Il-bierah attendejt attivita helwa tal-programm Eko-Skola. Programm li bdejt erba' snin ilu flimkien man-Nature Trust li permezz tieghu nziedu l-gharfien u l-azzjoni tat-tfal tal-iskejjel primarji u sekondarji favur l-ambjent. Niftakar li konna bdejna sempliciment b'sitt skejjel. Illum wasalna biex ghandna 60 skola tippartecipa !

Fl-attivita tal-bierah it-tfal ipprezentawli kopja ta' memorandum li l-bierah stess ghaddew lill-partiti politici maltin bhala azzjoni li dawn it-tfal qed jistennew minghand il-partit waqt il-kampanja elettorali. Fosthom li : 1. fl-attivitajiet politici jintuzaw materjali riciklabbli; 2. wara l-attivitajiet politici jitnaddaf il-post u jintuzaw recipjenti li jhajru s-separazzjoni tal-iskart; 3. ma jintbaghtux jintbaghatx materjal stampat fid-djar imma jintuzaw messaggi eletronici u media audio-vizwali.

Fuq it-tielet wahda meta kellimthom ghidtilhom li mill-esperjenza personali tieghi mportanti li wiehed juza l-messaggi permezz tal-internet jew sms imma dan huwa limitat. Spjegajtilhom li sfortunatament mhux il-popolazzjoni kollha taf tuza l-computer kif illum jafu juzaw huma sa minn eta' zghira. Nittama li sa meta jilhqu huma u jkunu mpenjati fil-politika l-materjal stampat jkun spicca mid-djar. Ha nghidlek uhud minn dawn it-tfal jekk jidhlu fil-politika se jkollhom bazi ferm ahjar minna !

1 comment:

Unknown said...

M'ghandix dubju li l-internet u d-dinjiet virtwali li qed jinbtu bhal issa ser iwasslu biex xi darba ma jkunx hemm bzonn il-materjal stampat biex jitwassal il-messagg. Imma qabel konna nghidu anke li l-internet kien ser joqtol il-gazzetti. Fil-fatt gara l-kontra!