Nov 4, 2007

Estensjoni tal-Park ta' Ta' Qali

Il-bierah filghaxija kellha x-xorti niftah it-tielet estensjoni tal-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali fl-ahhar tlett snin. Din il-fazi tax-xogħolijiet kienet tikkonsisti f’estensjoni sostanzjali ta’ l-entratura tal-Park u picnic area ġdida fit-tramuntana tal-Park originali.

Żidna l-water features tal-park b’6 funtani ġodda u użajna l-aktar sistemi nnovattivi ta’ landscaping. Barra minn hekk, ġew rranġati l-parking areas fuq iż-żewġ naħat ta’ l-entratura. Dan ifisser li t-triq tar-runway kif konna nafuha sal-bierah issa ngħalqet biex b'hekk naqqasna t-traffiku dirett u ziedna s-sigurta ghall-familji specjalment ghat-tfal.

Ix-xoghol huwa frott il-hidma ta' Oliver Lautier (li l-bierah stess sar papa), Herman Galea u l-haddiema kollha tal-PARK Unit. Ghamlu xoghol tajjeb hafna u lestew fil-hin kif kien ippjanat.

Illum kellna Festa Familja l-gurnata kollha. Impressjonat kemm gew familji. Ghal grazzja t'Alla it-temp zamm. Hafna minn dawk li ltqajt maghhom kellhom kliem ta' tifhir ghax-xoghol li sar. Il-Prim Ministru gie kmieni wara nofsinhar u bhas-soltu mpressjonawni n-nies kif jentuzjazmaw ruhhom kif jarawh !

2 comments:

juve07 said...

prosit ta' kemm qed izzidu postijiet fejn nistghu niehdu lill-uliedna..prosit ghax bil-fatti qed issebbhu Malta..u thaddruha fis-sens tajjeb tal-kelma

John said...

Ninghaqad ma juve07 (avolja jien Milanist). Imma kull haga li jmiss George issir tad-deheb. Il-bierah, ghat-tieni weekend konsekuttiv, bqajt impressjonat kemm il-poplu vera jfittex attivatajiet ghall-familja f'postijiet bhal dawn!