Nov 7, 2007

Tislima lil Enzo

Thabret il-mewt ta' Enzo Biagi. Biex inkun onest qisha spiccat bicca minn hajti. Kont insegwi sew il-programmi tieghu specjalment fuq ir-RAI. Kien joghgobni s-sens tad-dettall li kien jidhol fih. Meta jaqbad suggett ma kienx sempliciment imiss il-wicc tal-problema imma kien jidhol fil-fond, tant li anke jekk ma tkun taf xejn fuq dik il-materja, wara li tara programm tieghu tkun qisek qrajt xi erba' kotba !

Dario Fo illum qal "Il-mewt ta' Biagi hija luttu nazjonali". Nahseb li Dario Fo jippermettili nghid li fil-fatt nemmen li hija luttu tal-gurnalizmu liberu ewropew. Biagi jirraprezenta epoka shiha tal-gurnalizmu li kien kapaci mhux jirraporta izda janalizza l-bidliet li ghaddiet minnhom l-Italja u l-kumplament tal-Ewropa. Gurnalist li qatt ma ddejjaq ifittex il-verita' anke meta kien jaf li qed idejjaq lil xi whud.

Enzo Biagi li kien minn Bologna, kien kittieb ta' kuxjenza socjali li qatt ma ddejjaq jahbi l-ispirazzjoni nisranija tieghu. Mons. Ravasi, President tal-Kummisjoni Kultura tal-Papa kellu ragun meta qal "aveva un'anima spontaneamente cristiana e che nei suoi libri non mancava mai una dimensione spirituale".

Enzo insellimlek !

No comments: