Dec 3, 2007

BMX - sports b'potenzjal

Il-bierah filghaxija mort sat-track tal-BMX gewwa Pembroke. Il-PARK Unit tal-Ministeru bhalissa qieghed jghin lil kumitat sabiex itejjeb il-facilitajiet li ghandhom specjalment fil-landscaping tat-track.

Din it-track juzawha madwar 80 tfal u zghazagh. Impressjonajt ruhi bil-fatt li minkejja li kien dalam xorta kien ghad hemm numru konsiderevoli ta' BMXers jiprattikaw. Hadt gost nitkellem maghhom. L-aktar li laqatni tifel ta' 11-il sena Chris li minkejja li ghadu zghir diga qiesu l-focal point tal-grupp. Zaghzugh iehor li ltqajt mieghu qed jaghmel Masters fil-Filosofija.

Dawn iz-zghazagh jiprattikaw sports li beda jorganizzah f'pajjizna John Zammit xi 20 sena ilu. John, li llum ghandu xi 60 sena, ta hajtu ghal dan l-isport u dawn iz-zghazagh. Ghenhom jarmaw din il-facilita' kwazi mix-xejn. Minkejja d-differenza fl-eta' dawn iz-zghazagh iqiesu lil John bhala wiehed minnhom.
Laqatni l-family spirit li ssib f'dan il-club. Hafna mill-ommijiet u l-missirijiet ikunu prezenti fil-club jaraw lil uliedhom minkejja l-limitazzjonijet ta' akkomodazzjoni li hemm.
Dan huwa sport li ghad jista jikber u definittivament ghandu potenzjal kbir. Imma rridu nsostnuh.

1 comment:

Unknown said...

Hemm bzonn li l-Gvern jibda jqassam il-fondi ghall-ghajnuna lil varjeta akbar ta' organizzazzjonijiet sportivi. Donnu hawn Malta hlief futbol ma jezistix ghax grawnds tal-5-a-side biss jinfethu. Per ezempju, ghaliex irid ikun il-Ministeru ta' l-Ambjent li jinvesti f'facilita ghall-iskaters u mhux il-Ministeru responsabbli mill-isport?