Dec 17, 2007

L-inceneratur tal-Isptar San Luqa zarmat ukoll

Illum wara nofsinhar mort ma' Louis Deguara, l-Ministru tas-Sahha, fil-post fejn kien hemm l-inceneratur tal-Isptar San Luqa. Kienu prezenti l-media. Xena impresjonanti. Kamra vojta kollha sewda bil- mugrufun. Vojta ghax l-inceneratur, li tant kien qed iniggez, fl-ahhar gie zarmat u quddiem ir-raprezentanti tal-media ingarr minn fuq il-post. Dan ma setax isehh kieku ma lestejniex l-inċineratur il-ġdid tal-Marsa li inawgurajna l-gimgha l-ohra.

L-inceneratur tal-Marsa li sewa madwar 12-il Miljun Euro mhux biss ser iġib qabża fil-kredenzjali ta’ pajjiżna dwar kif dan jiddisponi mill-iskart diffikultuż, iżda ser iwassalna biex Malta tiġi konformi mad-Direttiva 2000/76/ tal-Kummissjoni Ewropea.

Spjegajna lill-media li c-cumnija tal-Isptar ma tistax tinhatt ghax dik ghad hemm fiha ukoll il-hrug tal-boilers tal-Isptar ta' San Luqa u dak ta' Karen Grech. Izda skond it-teknici minn dawn il-pajpijiet mhux se johroh tniggiz izda fwar biss. Minn xi granet 'l hawn inghalaq ukoll l-inceneratur tal-isptar ta' Ghawdex.
.
Permezz tal-upgrading li sar fl-inceneratur li originarjament kien se jintuza biss ghall-iskart tal-biccerija, l-inceneratur tal-Marsa issa se jilqa fih tlett tipi ta' skart diffikultuż : dak tal-biccerija, dak kliniku mill-isptarijiet u dak industrijali specjalment mill-kumpaniji farmacewtici.

1 comment:

John said...

L-onor. Joseph Muscat ikkritika lill-Gvern talli dam biex ghalaq l-incineratur l-antik. Statement b'sahhtu minn bniedem gej minn Partit li li kieku kien ghalih ghadna narmu fil-Mizbla tal-maghtab!