Dec 7, 2007

Paper Neutral Campaign

Ftit tal-granet ilu l-Kumitati tal-Iskejjel li hadu s’issa l-Bandiera l-Hadra (Green Flag) tal-Programm EkoSkola, pprezentaw lill-partiti politici Memorandum fuq x’ghandhom u x’ma ghandhomx jaghmlu waqt il-kampanja elettorali.

Wiehed mis-suggerimenti tat-tfal kien dak li ma jintbaghtux leaflets go d-djar. Ghidtilhom li din ukoll kienet xewqa tieghi, u nipreferi kieku nikkomunika mal-elettorat biss permezz ta’ messaggi eletronici. Izda sfortunatament hemm limitazzjonjiet. Mhux kulhadd f’pajjizna huwa computer literate jew ghandu access ghall-internet. Apparti l-fatt li ma jezistix indirizz eletroniku ta’ kull kostitwent.

Allura mhux possibli li nillimitaw il-komunikazzjoni taghna biss lil dawk li juzaw computer u ma nibghatux karti fid-djar. Erba snin ilu ddecidejt li nuza biss recycled paper ghal kampanja elettorali tieghi. U fil-fatt hekk ghadni qieghed naghmel.

Iddecidejt li naghmel xi haga ahjar. Se nikkalkula kemm se nuza karta, anke bl-ghajnuna ta’ erba awdituri ndipendenti, u allura nikkalkula kemm inqatghu sigar bejn wiehed u iehor. Imbaghad wara l-kampanja elettorali nhawwel dak l-ammont ta’ sigar. B’hekk inrodd lura lin-natura dak li nkunu utilizzajna bhala rizorsa naturali.. L-awdituri se jkunu Dr.Paul Pace (Ko-ordinatur tal-Programm EkoSkola), Dr.Chris Ciantar (Direttur tal-Ambjent fi hdan il-Ministeru), Vince Attard (C’Man Nature Trust), u Ing.Mark Azzopardi (responsabli mill-Corporate Environmental Responsibility tal-Malta Enterprise).

Nittama li l-partiti politici ewlenin u kandidati ohra jaghmlu l-istess sabiex Kampanja Elettorali ghallanqas ikollna Paper Neutral Campaign jekk mhux Stress Neutral Campaign !

1 comment:

Roberta Stellini said...

A truly excellent idea. This should be carried out by all electoral candidates. Another suggestion is that certain government mail is on recycled paper. This would show us that we really do have an environmentally friendly government not only in talking but also in actions.