Jul 27, 2008

Duran Duran - gabuli nostalgija !

Il-bierah filghaxija lhaqt nara xi 45mins mill-kuncert tal-pop rock band Duran Duran. Il-grupp ta' Simon Le Bon, John Taylor, Nick Rhodes u Roger Taylor, li beda jsir maghruf sew meta jien kelli xi 18-il sena, ilu xi ftit !

Fil-verita ma kienx wiehed milli gruppi li kien l-aktar joghgobni imma la qeghdin hawn worthed tmur tarhom ! Kien grupp aktar segwiet mit-tfajliet li kienu jinhallu wara l-looks specjalment ta' Simon Le Bon.

Il-kuncert tal-bierah kien tajjeb u gabli nostalgija specjalment meta daqqew kanzunetti bhal Wild Boys, Save a Prayer u Notorious. Duran Duran bieghu aktar minn 70 miljun diska u kellhom successi kemm fl-USA kif ukoll fir-Renju Unit.

Ahna kellna x-xorti li narawhom l-bierah bhala parti mit-tour taghhom 2008 Red Carpet Massacre European tour. Ma kelliex l-istess xorti l-udjenza ta' Napli nhar it-Tlieta li ghadda ghax it-truck li kien gej minn concert iehor f'Jesolo, u li kien qed igorr l-parti kbira mill-apparat, kellu hsara fil-magna u ma kellhomx hin bizzejjed biex jarmaw. Allura kellhom ihassru l-kuncert f'Napli. Jien ghallanqas rajt parti minnu, wara li mort okkazzjoni ufficjali u tieg !

Jul 24, 2008

Is-Sliemizi se jirbhu Pjazza mill-'gdid'

Naħseb li ħafna minnkom qraw l-istorja fil-ġurnal The Times ta’ llum fejn fiha hemm rapport dwar il-fatt li l-Gvern beda l-ewwel pass biex il-komunita' ta' Tas-Sliema tirbah lura Pjazza Sant'Anna. Darba kien hemm Pjazza li giet kwazi okkupata kollha bl-istabbiliment magħruf bħala Magic Kiosk. Il-Gvern issa ha l-passi halli l-kirja ta' dan l-istabbiliment tigi mwaqqfa meta din tagħlaq fl-aħħar ta’ din is-sena.

Kif jgħid tajjeb ir-rapport ta’ The Times jien ili ninsisti sa mill-2005 li ġaladarba tagħlaq il-kirja, jkun opportun li l-Gvern itemm il-kirja u b’hekk ikun f’pozizzjoni li jimplimenta l-pjan tiegħu li jsebbaħ zona importanti f’Tas-Sliema. Kont insistejt ukoll mal-MEPA li tindirizza dan fil-Pjan Lokali, tant li hemm Policy NHSJ 05 (vii) propju biex din il-pjazza tintrebah lura mill-pubbliku.

L-intervent li beħsiebna nagħmlu fi Pjazza Sant’Anna jirrispetta l-istorja ta’ din il-pjazza tant li behsiebna naghmlu replika tal-funtana li wiehed jsib fil-Pjazza tal-Balluta (ara ritratt), liema funtana kienet originarjament fi Pjazza Sant'Anna. Irridu ukoll nintegraw ix-xogħlijiet f’din il-pjazza mal-progett ta' titjib ta' Triq it-Torri, liema progett jinbeda aktar tard din is-sena. Irrid nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari, Dr.Jason Azzopardi tas-sehem tiegħu biex inkunu f’pozizzjoni li nagħtu lil Tas-Sliema pjazza ‘ġdida’.

Jul 20, 2008

It-Tragedja tal-familja Bugeja.

Dan il-weekend ma ninsih qatt. Nibqa niftakru bhala l-weekend ta' Simon Bugeja. Simon, l-uniku wiehed salva f'dik li probabilment hija l-akbar tragedja tas-sajjieda Maltin fl-ahhar mitt sena. Salva wara aktar minn sitt ijiem fuq il-bahar wara li splodiet il-lanca tieghu, izda spicca tilef lill-ibnu u lill-missieru, apparti zewg persuni ohra li kienu mieghu.

Tragedja kbira. Aktar u aktar meta, kif jafu l-kumplament tas-sajjieda, il-lanca ta' Simon, bl-isem Simshar, kienet mghammra b'kollox. Simon kien fitt hafna fuq il-lanca u dejjem iffissat biex jixtri l-ahjar equipment specjalment dak ghal safety. Izda hekk kellu jkun !

Lil Simon sirt nafu sena ilu, dakinhar stess tal-ftuh ufficjali tal-hardstanding facility f'M'Xlokk. Niftakar sew lill-martu Sharon tghidli kemm kienet ferhana ghax issa mhux se ttertaq aktar qalba biex itellghu l-lanca l-art, kif kienet taghmel qabel. Mur ghidilha dakinhar kif kellha tispicca l-lanca taghhom madwar sena wara !

Mort l-isptar il-Gimgha bil-lejl meta wasluh bil-helicopter l-isptar Mater Dei. Il-bierah u llum ergajt mort, illejla flimkien mal-Prim Ministru. Mill-gimgha sa llum ghamel titjib fiziku kbir, izda huwa evidenti li ghadda minn trauma kbira. Martu Sharon il-hin kollu mieghu.

F'din l-istorja kerha, impressjonajt ruhi bis-sens ta' solidarjeta' qawwija bejn is-sajjieda. Kienu hafna li taw semhom biex johorgu ifittxu l-lanca fl-ahhar gimgha. Dan is-sens ta' comradeship ghandu jkun ta' ezempju ghall-kumplament tal-komunita' maltija.

Jul 18, 2008

Awguri Nelson !

Illum Nelson Mandela jaghlaq 90 sena. Bniedem li bidel id-destin ta’ pajjizu l-Afrika t’isfel izda li kien ispirazzjoni ghal hafna ohrajn. Niftakar fi zmien li kont student, l-MZPN konna organizzajna konferenza l-Universita’ bl-isem “Two Men, One fight”. Kien ghadu zmien l-apartheid, Mandela kien ghadu l-habs, it-tema kienet l-ingustizzja. 18-il sena ilu, Mandela gie liberat wara 27 sena habs u flimkien ma’ ohrajn, beda t-triq twila biex jibni pajjiz gdid msejjes fuq ir-rikonciljazzjoni wara tant mibgheda. M’hijiex minghajr problemi, l-Afrika t’isfel ta’ llum imma kemm irnexxielu jtiha Mandela!.

It-“Time” magazine ghandu feature din il-gimgha fuq il-kwalitajiet ta’ Mandela u kif dawn ghamluh mexxej uniku, wiehed minn dawk li jibqa ttimbrat f’mohh il-generazzjoni taghna u forsi ma’ dawk ta’ qabilna wkoll. Kitbu l-awtur tal-biografija tieghu, Long Walk to Freedom, hadt gost naqrah.

Illum Mandela huwa simbolu u ghalkemm xjah u bilkemm izomm fuq saqajh ghadu jikumbatti ghal gustizzja. L-akbar glieda tieghu illum hija kontra l-faqar. Mandela jinsisti li bhall-iskjavitu u l-apartheid, il-faqar mhux naturali, joholqu l-bniedem u ghalhekk jista ukoll jeqirdu l-bnidem. U din mhix karita imma gustizzja. Il-faqar johnoq il-liberta’. Ghalhekk jekk inhobbu l-liberta' hu dmir taghna li niggieldu l-faqar.

Jul 15, 2008

Anqas Monopolji, Aktar Servizz

Minkejja li ninsab imsiefer fuq xoghol ufficjali, qieghed insegwi mill-qrib dak li ghaddej bhalissa bhala rizultat ta’ azzjonijiet industrijali li hadu numru ta’ ghaqdiet li jahdmu fis-settur tat-trasport pubbliku. Irrid nghid qabel xejn li jien dizgustat bl-atteggjament ta’ min, ghax ma jaqbilx ma’ xi proposta, jirrikorri ghal agir vjolenti bhal dak li sehh f’xi kazijiet fl-ahhar sighat.

Irridu niftakru li dawn l-azzonijiet huma rizultat ta’ decizjoni tal-Kabinett tal-Ministri, li permezz taghha tnehha l-monopolju li sa’ llum kienu jgawdu s-sidien tal-karozzi li jgorru l-mejtin. Irrid infakkar li b’dan il-monopolju, kull min xtaq jinvesti f’karozza gdida ghall-garr tal-mejtin ma setax jaghmel dan minhabba monopolju li ilu hemm is-snin. U hawn tqum il-mistoqsija – min kien qed igawdi minn dan il-monopolju?

Il-gvern ghandu dmir li jara li l-konsumaturi jgawdu minn ghazla wiesgha u li min jista jinvesti f'attivita' jithalla jinvesti. Dan jghodd ukoll fil-qasam tat-trasport pubbliku. Nemmen li wara snin twal fejn rajna miljuni ta’ liri f’sussidji u ghajnuniet, issa hu l-waqt li jitfassal programm ta' liberizazzjoni li minnu jgawdi kulhadd. Nappella ghas-sens komun u li mill-aktar fis jitwaqqfu l-azzjonijiet fit-toroq, u jitkomplew id-diskussjonijiet madwar il-mejda.

Jul 13, 2008

Prosit Joseph !

Il-bierah filghaxija jien u l-mara kellna x-xorti li nattendu l-kuncert ta' Joseph Calleja bl-isem Luciano Pavarotti Tribute Concert li sar fil-Pjazza San Gorg jew kif insibuha l-Pjazza tal-Palazz fil-Belt. Kuncert iehor mill-aqwa minn Joseph flimkien mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali li rrid nghid li ghamlet passi ta' ggant fl-ahhar xhur. Il-bierah l-orkestra kienet diretta mill-Mro.Brian Schembri, genju iehor tad-dinja muzikali ta' pajjizna.

Joseph, bhall-inbid tajjeb, aktar ma jghaddi z-zmien aktar jitjieb. Il-vuci soda tieghu ssahrek. Li joghgobni fih huwa l-fatt li minkejja l-prominenza li kiseb matul l-ahhar snin huwa baqa' l-persuna semplici u dhuli li kien. Ftit ilu kellimtu fuq it-telefon u qalli li mill-bidu tas-sena s'issa kien f'Malta biss 19-il gurnata mill-bqija xoghol barra. Ghalhekk stajt nifhem it-taghfisa ta' idejn it-tifla tieghu meta din telghet fuq il-palk il-bierah.

Waqt li nisma l-vucijiet sbieh ma stajtx ma nahsibx erba' affarijiet fuq din il-pjazza: 1. kemm hi sabiha bla karozzi u kemm ngawduha kuljum hekk jekk ngharfu nnadfuha mill-karozzi; 2. innutajt li l-arlogg tal-Mainguard (li l-bierah kien fic-centru tal-palk) ma jahdimx, infatti se niccekja min hu responsabli minnu; 3. l-arblu tal-Mainguard ghandu bzonn laqa zebgha; u 4. kemm tistona l-faccata ta' Cafe Cordina fuq din il-Pjazza !

Jul 9, 2008

Insellimlek Kilin !

Illum thabret il-mewt ta' Mikiel Spiteri, jew kif inhu magħruf aħjar Kilin. Lil Kilin, li hallina fl-eta’ ta’ 90 sena, kont niehu gost inkellmu, gieli mort s'ghandu, ghalkemm dan l-ahhar aktar kuntatt bit-telefon kelli mieghu. Kien ragel semplici izda kapaci jirrifletti. Sirt nafu l-ewwel darba meta kont zghir u kont qrajt il-ktieb tieghu Fuq l-Ghajn ta' San Bastjan, ktieb li fih it-tifkiriet tieghu ta' tmenin sena ilu fejn trabba fir-Rabat.

Ghamel snin twal jghix fl-Imsida. Biex jieħu ħsieb sewwa tal-familja tiegħu ġieli kellu jagħmel sitt xogħlijiet. Kilin kien ukoll iffissat fuq iċ-ċess. Iħobb imur għall-kwiet fil-kampanja u joqgħod ipinġi. Kilin, kittieb ta’ novelli u poeżiji, kien ukoll pittur u ddisinja hu stess ħafna mid-disinji li nkorpora mbaghad fil-kotba tiegħu. Kien jghozz sew il-lingwa Maltija, li uza biex kiteb bosta kotba, ghalkemm jekk mhiniex sejjer zball kiteb anke bl-Ingliz, ghallanqas jien niftakar wiehed Where Dragonflies Hover. Niftakar lil Kilin jghidli li minn meta kien zghir kien iħobb il-kotba, tant li fl-eta' ta' 7 snin kien diga' jaqra 3 kotba fil-ġimgħa.

Minn hawn nixtieq nuri s-solidarjeta' tieghi mal-familja Spiteri għal din it-telfa għażiża u nsellem bil-qalb lil Kilin li tant habb dawn il-gzejjer !