Nov 30, 2008

Zona pedonali

Il-bierah filghodu nzilt sa Triq it-Torri fejn il-haddiema kienu qed jaghmlu l-ahhar xoghol fuq il-pavimentar gdid. Illum ghandu jinghata l-ahhar wicc bit-tarmac lit-triq biex b'hekk ix-xoghol ikun tlesta 8 ijiem qabel id-data li konna stabbilejna li fih kellu jitlesta x-xoghol kollu.

L-aktar haga li laqtitni kien l-ammont kbir ta' nies li gew fuqi jghiduli kemm hi sabiha t-triq mhux daqstant ghax tlesta l-pavimentar u tnehha l-periklu li kienet toffri l-bankina qabel, izda ghax it-triq kienet maghluqa ghat-traffiku. Kienet hielsa mill-exhaust u mill-istorbju tal-vetturi u n-nies setghu jimxu fit-triq minghajr periklu. "Hekk imisskom thalluha" qalli wiehed anzjan. Hadt gost nara tfal jinzlu fit-triq minghajr periklu u l-genituri komdi jitkelmu u jaraw il-hwienet minflok mohhhom biex jaraw uliedhom fejnhom. Dan jidher bic-car fir-ritratt anke t'hawn.

Inzerta li hin minnhom ltqajt mal-editur ta' The Times, Ray Bugeja, u l-familja tieghu u anke hu seta' jisma dak li bdew jghiduli n-nies li ngabru madwari. Nies li hafna drabi sfortunatament ma jaslux biex jiktbu fuq il-gurnali. Jien heggigthom jiktbu fuq il-gurnali mhux daqstant biex jikkonvincu lili, ghax jien konvint, izda biex jikkonvincu lil dawk li sfortunatament ghadhom xettici mill-htiega ta' zona pedonali ghal qalba tac-centru kummercjali ta' Tas-Sliema.

L-esperjenza sfortunatament urietni li f'pajjizna il-media hafna drabi tispicca abbuzata minn grupp zghir ta' nies li jispiccaw jiktbu ittra wara l-ohra u l-opinjoni taghhom tirbah fuq l-ghajta siekta tal-maggoranza li ma titrasmettiex ruhha f'kitba fil-gurnali. Jien konvint li s-Sliemizi u l-pubbliku ngenerali jixirqilhom centru kummercjali aktar nadif u nieqes mill-periklu, u se nibqa nistinka biex dik il-mira tintlahaq anke billi nkomplu nikkonvincu lil dawk li ghadhom xettici. Xi nies kontra dejjem se jibqa, izda ghandna nibqghu nahdmu biex jirbah il-gid komuni.

Nov 27, 2008

Innehhu l-Kurcifiss ?

Id-dibattitu perenni dwar il-lajċita’ tas-soċjeta’ u tal-pajjizi huwa wieħed jaħraq. Jiġri wkoll li minn zmien għal zmien iseħħu fatti li jerġgħu jqajmu u jiftħu beraħ dan id-dibattitu. Id-deċizjoni li ħa din il-ġimgħa Maġistrat fi Tribunal f’Valladolid fi Spanja, li qatagħha li l-kurċifiss għandu jitneħħa mill-klassijiet u miz-zoni pubbliċi kollha fl-iskola pubblika tal-istess belt "halla titnehha l-impressjoni li l-istat jipreferi r-religjon Kattolika".

Il-kwistjoni kollha tizvolġi madwar l-argument jekk il-prezenza tal-kurċifiss, li hu l-aktar simbolu viziv tal-Kattoliċizmu, f’post pubbliku tmurx kontra l-liberta’ ta’ ħsieb, ta’ espressjoni u ta’ affiljazzjoni ta’ individwu. Id-deċizjoni ta’ Valladolid hija preċedent peress li hija l-ewwel tat-tip tagħha fi Spanja, pajjiz fejn dan id-dibattitu huwa wieħed ħaj ħafna, l-aktar kemm ilha t-tmexxija tal-Gvern ta’ Zapatero.

Eqreb lejn pajjizna, dan it-tip ta’ dibattitu huwa wieħed regolari wkoll fl-Italja. Matul il-leġislatura li għaddiet, kien hemm maġistrat li wkoll laqa’ talba ta’ minorita’ Izlamika u abolixxa l-prezenza ta’ kurċifissi f’postijiet pubbliċi, wara li dawn ħassewhom urtati minħabba impediment tal-liberta’ tagħhom. Il-Gvern Taljan ta’ dak iz-zmien iddeċieda li ma jimxix ma’ dik id-deċizjoni, minkejja li l-gvern kien maghmul minn Kristjani prattikanti u anke ateisti.

Għall-grazzja t’Alla, dawn il-polemiċi għadhom ma waslux f’artna. Aħna poplu bi storja twil ta’ Kristjanezmu. Jien intenni dak li ddikjara l-Papa Ġwanni Pawlu II nhar il-Ħadd 15 ta’ Settembru 2002 meta ddikjara li "f’dinja dejjem aktar sekulari u materjalista, il-prezenza ta’ simbolu tal-fidi, bħalma hu l-kurċifiss qed issir dejjem aktar importanti f’postijiet pubbliċi".

Onestament naqbel totalment ma' dak li qal Mons. Rodriguez Plaza, Arcisqof ta' Valladolid wara din id-decizzjoni, "il-Kurcifiss f'kultura bhal taghna ma joffendi lil hadd, ghax il-Kurcifiss huwa biss simbolu ta' mhabba u paci"

Nov 22, 2008

Deroga ohra ghall-agrikoltura ta' pajjizna

Fil-granet li ghaddew kont prezenti ghan-negozjati twal u intensivi li kkarratterizzaw il-laqgha tal-Kunsill tal-Ministri tal-Agrikoltura li saret fl-ahhar jiem fi Brussels. Taht il-Presidenza Franciza tal-UE rnexxielha tilhaq ftehim fuq ir-riforma msejjha Health Check tal-Politika Agrikola Komuni wara sieghat twal ta' negozjati. Bizzejjed nghid li bqajna mqajmin matul il-lejl kollu ta' bejn l-Erbgha u l-Hamis.

Waqt il-laqgha ghamilt kaz biex pajjizna jkollu aktar flessibilita’ fl-uzu ta’ fondi sabiex ikun jista’ jindirizza sfidi specifici fis-settur tal-produzzjoni tal-halib. Kien ghalhekk ta’ sodisfazzjon ghal Malta li fil-ftehim finali ta’ din ir-riforma nghatat deroga sabiex Malta tkun tista’ tuza sa’ massimu ta’ €2 miljuni mill-fondi taghha ghal dan il-ghan.

Dan huwa sinifikanti l-aktar meta wiehed iqis li dan jammonta ghal madwar 40% tal-allokazzjoni finanzjarja ta’ Malta ghal dan is-settur u ghalhekk wiehed japprezza li l-livell tal-flessibilita’ ghal pajjizna issa huwa wiehed konsiderevoli. Huwa ta' sodisfazzon ghalija li l-issues ewlenin imqajma mis-settur agrikolu Malti gew indirizzati b’mod pozittiv fil-ftehim finali tar-riforma u li dawn id-diskussjonijiet kienu konferma ohra tal-importanza li pajjizna jkun partecipi fit-tehid tad-decizjonijiet.

Nov 20, 2008

The Art of Fortress Building in Hospitaller Malta

Ghadu kemm gie f'idejja l-ktieb The Art of Fortress Building in Hospitaller Malta ta' Stephen C. Spiteri, is-Supretendent tal-Fortifikazzjonijiet ta' pajjizna. Dan il-ktieb stupend huwa studju dettaljat ta' kif il-Kavallieri tal-Ordni u l-inginiera militari iddisinjaw, bnew, irrangaw u armaw id-difiza ta' pajjizna matul it-268 sena presenza taghhom f'pajjizna.

Il-ktieb jezamina b'mod dettaljat il-materjali, l-ghodda, t-teknika u sahansitra id-diffikultajiet teknici u amministrattivi li kellhom jiffacjaw l-inginiera militari biex jibnu dan in-network ta' fortifikazzjonjiet. Dan il-ktieb jezamina l-organizazzjoni tal-workforce li kienet maghmula minn inginiera, surveyors, draughtsmen, imghalmin tal-bini u mijiet ta' haddiema tas-sengha.

Il-ktieb ihares fid-dettall anke kif il-Kavallieri rrekordjaw dak kollu li kien qed isir f'dan l-esercizzju. Stephen Spiteri ma halla l-ebda dokument bi kwietu ! Il-ktieb jinkludi fih ukoll mijiet ta' illustrazzjonijiet, ritratti, pjanti, sketches, u hafna rikostruzzjonijiet grafici li pinga l-awtur stess tal-ktieb. Din il-grafika taghmel lil dan il-ktieb tassew haj u effettiv.

Lil Stephen ili nafu. Huwa iben wiehed mill-aqwa periti ta' pajjizna, l-Perit Joe Spiteri. Kemm ili Ministru responsabbli mit-Taqsima tax-Xoghlijiet sirt nafu aktar. Huwa persuna metikoluza u istruwit ferm f'dan is-suggett. Noghxa nisimghu jitkellem. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil Stephen ghal dan il-kapolavur li ghandu jkun f'idejn kull persuna li thobb l-wirt storiku ta' pajjizna.

Nov 16, 2008

Festa tal-Ghasel

Il-bierah filghodu attendejt il-Festa tal-Għasel li ttellgħet fi Ġnien Romeo Romano f'Santa Venera mill-Kunsill Lokali Santa Venera flimkien mad-Dipartiment tal-Apikultura fid-Diviżjoni tal-Agrikoltura. It-trobbija tan-naħal hi popolari ħafna fil-gżejjer Maltin u bosta jfittxu biex jixtru u jikkunsmaw l-għasel awtentiku u prodotti oħra tan-naħal. Anke l-isem Malta hemm min jghid li tnissel mill-kelma Griega Mel, li tfisser għasel.

Mijiet ta' nies zaru l-festa tal-Għasel u xtraw prodotti magħmula min-naħal mingħand l-għaxar produtturi tal-għasel li ħadu sehem. Għall-bejgħ kien hemm għasel differenti, inbid magħmul mill-għasel, jam, ħelu u xemgħa. Apprezzajt hafna l-istand li tellghu l-istudenti tal-Istitut ghall-Istudji Turistiċi (ITS) fejn ħejjew ikel u xorb a bazi ta' għasel. Nittama li din l-attivita' ndahluha flimkien mal-Kunsill Lokali Santa Venera ukoll fil-kalendarju annwali tal-attivitajiet li jipromwovu l-prodotti lokali.
Mas-Sindku ta' Santa Venera u kunsilliera ohra kelli opportunita' ndur parti ohra ta' Gnien Romeo Romano li kont ghadni qatt ma zort u li sa llum ma hiex miftuha ghall-publiku. Nnutajt il-potenzjal kbir li ghandu dan il-gnien f'din iz-zona urbana fejn huwa nieqes l-ispazju miftuh. Weghdthom li flimkien mat-Taqsima tax-Xoghlijiet u l-Unit ghar-Restawr naraw kif nziedu r-ritmu tal-programm tar-restawr u ri-abilitazzjoni ta' dan il-gnien.

Nov 15, 2008

Tree Planting Weekend

Il-bierah filghodu mort sa Ghajn Tuffieha nara lit-tfal joghxew ihawlu s-sigar bhala parti mit-Tree Planting Weekend. Din l-attivita' tifforma parti mill-inizjattiva 34U li issa sar tant popolari. Jien dejjem nghid li dan il-programm beda minn inizjattiva tal-Gvern hames snin ilu imma issa sar programm tal-poplu. Il-poplu wiegeb b'qawwa kbira u addotta eluf ta' sigar.

Bizzejjed nghid li fl-ahhar sentejn biss f'pajjizna thawlu 'l fuq minn 50,000 sigra. huwa veru li l-gvern ilesti l-infrastruttura bhal hitan tas-sejjiegh, riserva ta' ilma u sistema ta' tisqija imma mbaghad is-sigar li thawlu kollha nghataw minn persuni, minn familji jew minn kumpaniji.

Permezz ta' dan il-programm irnexxielna nkissru parti ukoll mill-percessjoni li f'dan il-pajjiz difficli jikbru s-sigar. F'dan il-programm qed inhawlu sigar indigeni ta' pajjizna bhal harrub, ballut, gharghar, zebbug u znuber.

Apparti t-tfal il-bierah hawlu mijiet ta' sigar raprezentanti u haddiema ta' bosta kumpaniji li taw donazzjoni ta' sigar fosthom Hotel Excelsior, Baxter, C.Degiorgio u Systec. Minn hawn nixtieq nirringrazzjhom kollha. It-Tree Planting Weekend ikompli llum u ghada gewwa Ghajn Tuffieha fiz-zona ezatt wara l-hotel Radisson Golden Sands. Ejja int ukoll sabiex filwaqt li tiddeverti taghti sehmek ukoll biex inkomplu nhaddru pajjizna.

Nov 12, 2008

Il-Green Flag - bandiera ta' impenn

Il-bierah jien u Dolores Cristina attendejna Seminar tal-Programm EkoSkola fis-Siġġiewi. Attivita' helwa fejn ghal darb'ohra spikka l-entuzjazmu li ghandhom it-tfal biex jitghallmu fuq l-ambjent. Dan il-programm issa sploda. Meta bdejnih 7 snin ilu kellna biss 6 skejjel, issa ghandna 94 skola tippartecipa fih. Spluzzjoni posittiva. Uhud mill-iskejjel inghataw il-Green Flag, turija li lahqu standard ta' livell gholi. It-tfal b'ucuh ferhana qishom rebhu l-akbar rigal li taf taghtihom id-dinja !

Meta tkellimt ma stajtx ma nirringrazzjax lil Dr.Paul Pace, ko-ordinatur tal-programm u lil Vince Attard, President tan-Nature Trust li maghha norganizzaw dan il-programm. Il-bierah habbart ukoll li f’Jannar li ġej, se norganizzaw Climate Change Kids Summit, fejn numru ta' tfal li jippartecipaw fil-programm EkoSkola se jkunu mistiedna sabiex jattendu għal din l-attivita’ mifruxa fuq weekend sabiex jiddiskutu il-bdil fil-klima.

Heġġiġt ukoll lill-iskejjel sabiex isiru huma wkoll Carbon Neutral, jiġifieri jroddu lill-ambjent siġar li jinnewtralizzaw il-volum ta’ diossidju tal-karbonju (CO2), li l-iskejjel ikunu kkontribwew permezz tal-konsum tad-dawl tagħhom. Spjegajt li bhala Gvern ahna determinati li s-sena d-dieħla jitfassal Carbon Neutral Programme għal pajjiżna.

Nov 5, 2008

Obama - il-bidla f'idejk !

Ghadni gej mill-US Election b'fast li l-Ambaxxatrici Amerikana organizzat dalghodu ghal numru ta' persuni biex isegwu r-rizultat tal-elezzjoni Presidenzjali. Fil-verita kont ili li qomt. Xi l-4.30am qomt insegwi fuq l-BBC. Deher minn kmieni li Barack Obama rebah, u rebah b'mod komdu.

Wasalt r-residenza tal-Ambaxxata ma' Lourdes xi s-6.00am waqt li Obama kien qed jaghmel id-diskors tieghu quddiem is-supporters tieghu f'Chicago. Waqt li kont qed insuq smajt bicciet fuq Radio Rai. Diskors kompost u qawwi.

Wara lejl storiku, Obama sar l-ewwel President Amerikan ta' gilda skura. Fid-diskors tieghu spikkat ghal darb'ohra l-kelma li sawret il-kampanja elettorali tieghu "Change". Mument minnhom qal “It’s been a long time coming but tonight because of what we did on this day, in this election, at this defining moment, change has come to America”.

Laqtitni s-sentenza wkoll meta qal li l-kobor tal-Istati Uniti ma tridx tohrog mis-sahha tal-armi izda mill-ideali li thaddan: demokrazija, liberta', opportunitajiet u tama li ma tmutx. L-isbah bicca tad-diskors kienet meta tkellem fuq anzjana ta' gilda sewda ta' 106 sena, Anne Nixon Cooper, li vvutat, wara li ghal hafna zmien f'hajjitha ma setghetx tivvota. Fi ftit sentenzi spjega x'rat f'hajjitha. Ghexet fit-tama ta' bidla fl-Amerika u ratha.

"U issa jekk it-tfal tieghi jghixu sa 100 sena, x'bidla se jkunu raw?...Dik il-bidla hija f'idejna, issa l-mument taghna...Ghal dawk li jipruvaw jaqtughlna qalbna milli ngibu l-bidla nghidulhom: Yes We Can !"

Nov 3, 2008

Budget '09 - Responsabilita' u Sostenibilita'

Ftit tal-ħin ilu l-Ministru Tonio Fenech temm jipprezenta l-budget għas-sena d-dieħla, budget li hu l-ewwel wieħed għalih u l-ewwel wieħed għal din il-leġislatura. Budget li sa ċertu punt huwa wieħed straordinarju meta tqis il-kuntest ta’ krizi internazzjonali li għaddejja bħalissa madwar id-dinja kollha. Proprju llum il-Kummissarju Ewropew, Almunia, ddeskriva s-sena d-dieħla bħala waħda ‘b’orizzont skur ħafna’.

Budget li fost affarijiet ohra fih incentivi favur energija nadifa u tnaqqis fil-hela tal-energija. Pakkett finanzjarju li jinkludi ukoll mizuri li jkomplu jintroducu fil-pajjiz il-principju ta' "min ihammeg ihallas".

Fost l-oħrajn il-Gvern zamm mal-weghda elettorali li ghamel u niehda skema ta’ bozoz energy saving b’xejn ghal kull familja. Barra hekk hemm incentivi kemm ghall-familji kif ukoll ghall-industrija biex tiggenera energija nadifa, inkluz permezz ta' solar water heaters u photovoltaic panels. Din l-inizjattiva ser tkun ikkumplimentata bit-tahrig ta’ numru ta’ nies li ser izuru d-djar taghna jedukaw lir-residenti fuq l-uzu aktar ghaqli tal-energija.

Minn naha l-ohra hemm eko kontribuzzjoni fuq it-tqassim ta' leaflets u materjal kummercjali li sar idejjaq lin-nies, kuljum bil-letterbox mimlija. Kif ukoll mizura biex nkomplu nindirizzaw
l-uzu esagerat tal-basktijiet tal-plastik. Ser ikun hemm prezz ta’ 15-il ewro cent fuq kull basket. Hwienet li jinqabdu ma jzommux flus ghal xi baskett tal-plastikk mogħti minn fuq il-bank ser ikunu immultati €500.

B'hekk ghal darb'ohra urejna li l-ambjent huwa pilastru mportanti tal-politika taghna lejn zvilupp sostenibbli ghal pajjizna. Zvilupp li filwaqt li jistimula attivita' ekonomika fl-istess waqt ihares lejn titjib ambjentali.