Nov 28, 2009

Science is fun !

Din il-gimgħa fl-Universita’ qed jittella’ Science and Technology Festival. Dan il-festival organizzat mill-MCST (Malta Council for Science and Technology) għandu l-għan li jħeġġeġ lit-tfal tal-iskejjel jagħżlu suggetti ta' xjenza. L-S&T Fest jipreżenta s-suġġetti tax-xjenza b’mod mill-aktar attraenti, innovattiv u fuq kollox interattiv fejn l-istudent u l-pubbliku jmissu b'idejhom ix-xjenza. Ghoxejt indur l-istands mal-Prim Ministru u tara ghajnejn it-tfal jixghelu bl-entuzjazmu. Rajthom jesperjenzaw terremot go kamra binija ghal tal-apposta, rajthom jaffaxxinaw ruhhom b'robot jizfen, jifhmu kif tigi generata l-energija mir-rih, kif tifforma buzzieqa, rajthom jipruvaw jifhmu l-univers u tant affarijiet ohra.

Interessanti li uhud mill-exhibits ghadhom mill-ewwel S&T Fest li l-MCST kien organizza fil-1995 meta kont ghadni CEO tal-MCST ! Maghhom kien hemm exhibits ohra li nbnew minn kumpanija lokali permezz ta' fondi li gibna mill-UE. Exhibits verament sbieh. Il-holma tieghi hija li jkollna Centru Interattiv ghax-Xjenza u Teknologija b'mod permanenti. Fil-fatt sibna l-post gewwa l-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali fejn naghmluh. Fil-gimghat li gejjin behsiebni nnhiedi kompetizzjoni ghad-disinn ta' Centru bhal dan li ghandu jkun anke ezempju ta' energu saving building. Ghaliex f'Ta' Qali. Ir-raguni hija semplici: irridu niprezentaw ix-xjenza bhala fun u niprezentaw fi spazju assocjat ma' hekk.

Irridu li aktar tfal u żgħażagħ jidħlu għal-karrieri vasti li x-xjenza qegħda toffri. Qegħdin f’perjodu fejn it-teknoloġiji jinbidlu mill-lum għal-għada. Dan kollu jfisser li aktar ma hu qed jgħaddi ż-żmien aktar hemm bżonn ta’ taħriġ sabiex iż-żgħażagħ jitħarġġu f’suġġetti li fihom hemm futur, futur għal-karriera kif ukoll futur li joffri garanzija ta’ xogħol mhux biss barra minn xtutna iżda anki f’pajjiżna. Nista nsemmi bħala eżempju Smart City, il-Biotechnology Centre li se jibda jinbena f'San Gwann, kumpaniji tal-farmacewtika kif ukoll proġetti ta' energija nadifa li daħal għalihom il-Gvern.

Nov 25, 2009

Universita' miftuha

F'dawn il-granet ghaddejjin ic-cerimonji tal-gradwazzjoni. Il-bierah attendejt dik fejn Lourdes nghatat Masters fl-Istudji Diplomatici. Ghal darba qlibna l-irwoli. Minflok ma l-mara tisma diskors tieghi, smajt jien diskors ta' marti ! Ghax il-bierah giet mitluba taghmel id-diskors bhala raprezentant tal-gradwati. U mhux ghax sar minn marti imma kien diskors tajjeb hafna. Biex niccajta ghidt lil Prim Ministru u dawk ta' madwari li jien ktibtulha. Fil-verita' lanqas biss kont rajtu !

L-aktar bicca li ghogbitni mid-diskors ta' Lourdes kienet din "..my plea extends beyond this auditorium... I would like to reach out in a special appeal to mothers who may consider their learning a hindrance to their family life, juggling between children and employment. The investment in higher education is not self-seeking but benefits your family, your children and enriches the society you live in." Appell hiereg mill-qalb mhux biss ghax omm imma ghax hi wahda minn dawk li hadmet f'partit li dejjem emmen li l-edukazzjoni hija c-cavetta ghal milja tal-persuna.

Waqt ic-cerimonja tal-bierah irrealizzajt kif biddilna pajjizna. Meta ggradwajt jien ta' perit fl-1990 kien ikun hemm cerimonja wahda ta' gradwazzjoni b'numru zghir hafna ta' gradwati jiksbu Masters jew PhD. Sat-tmiem tas-snin tmenin fl-Universita' kien hemm b'kollox xi 900 student fis-snin kollha ! Illum jigu organizzati kull sena hmistax ic-cerimonja ta' gradwazzjoni ! Din is-sena se jkunu ggradwa biss biss 2734, li minnhom 921 kisbu Masters jew PhD. X'differenza !

Il-verita' hija li bl-investiment li saru fl-ahhar 22 sena fil-qasam edukattiv biddilna il-fizjonomija tas-socjeta' taghna. Minn Universita' elitisti li biex tidhol taqla fwiedek, illum ghandna Universita' mhux biss miftuha izda b'korsijiet li sa ftit tas-snin ilu lanqas biss konna smajna bihom. Wisq anqas kien hemm opportunitajiet ta' Masters u PhD. U jonqosna x'ninvestu aktar. Dan kien l-appell f'l-orazzjoni ta' Dr.Noelle Brockdorff. Talbet biex l-Universita' tikkonsidra li toffri kors f'cognitive science. 22 sena ilu lanqas il-korsijiet bazici ta' Bacellerat fix-Xjenza ma kellna !

Nov 22, 2009

100 sena Scouting f'Tas-Sliema

Wahda mill-esperjenzi li jiddispjacini li ma kelliex f'hajti kienet dik li nkun membru tal-scouts. Meta kont tifel ghamilt zmien twil abbati u anke membru fil-kor tal-parrocca ta' San Girgor izda minkejja li l-bini tal-1st Sliema Scouts Group (Bernard's Own) kien ftit metri 'l boghod, propju taht l-iskola Primarja, qatt ma ersqat 'l hemm. Kelli diversi hbieb li kienu, izda jien sfortunatament qatt ma bdejt dik l-esperjenza. Jien tlift.

Dalghodu attendejt l-attivita' li organizzaw l-Scouts biex jiccelebraw il-100 sena minn meta twaqqfu. Kienet attivita' helwa li bdiet b'quddiesa fil-Knisja ta' San Girgor. Ghaliha attendew ukoll uhud mill-Scouts ta' Northern District. B'sorpriza talbu lili sabiex nikxef l-irhama kommemorattiva f'din l-okkazzjoni. F'kelmtejn li ghamilt ghidt li nhares lejn il-moviment bhala celebrazzjoni kontinwa tal-hajja. Ghandi ammirazzjoni kbira lejn dan il-moviment ghax jghin lit-tfal u z-zghazagh jifhmu zewg valuri mportanti. L-ewwel il-valur tal-komunita', fejn wiehed jirrealizza li ma jezistiex wahdu imma jrid kontinwament jahseb fil-komunita' ta' madwaru. It-tieni valur, is-sens ta' dixxiplina u li l-affarijiet li naghmlu jridu jirrispettaw in-natura li ddawwarna.

Nahseb li fis-socjeta' "moderna" taghna fejn it-tfal qed jikbru f'socjeta' teknologika li xi kultant tisseparhom minn kuntatt socjali, nahseb li dawn iz-zewg valuri jehtieg ikunu aktar presenti fis-socjeta' taghna. Hu ghalhekk li kull meta nigi mitlub nghin b'xi mod jew iehor xi grupp tal-Scouts niprova naghmel hilti biex nghin. Nemmen li hu dover taghna l-politici li nghinu movimenti bhal dawn li jikkultivaw kultura ta' teamwork u rispett lejn il-membri l-ohra tal-komunita'.

Nov 17, 2009

Ilma tal-pjan - lejn sistema regolata

Aktar ma jghaddi z-zmien aktar qed tikber il-htiega li naraw li l-uzu tal-ilma tal-pjan isir sostennibbli. Sa llum hu kkalkulat li nigbdu madwar 34 miljun metru kubu ta' ilma minn taht l-art, filwaqt li hu kkalkulat li fil-fatt suppost li nigbdu 23 miljun metru kubu ta' ilma fis-sena. Mela qed nigbdu 11-il miljun metru kubu aktar kull sena !

Il-bierah habbart pass iehor f'sensiela ta' passi li dan il-pajjiz irid jiehu fix-xhur u s-snin li gejjin. Sal-ahhar ta' Novembru ta' din is-sena kull operatur li jiprovdi jew ibiegh ilma tal-pjan permezz ta’ bowsers jew tankers, irid japplika għal-ħruġ ta’ liċenzja biex ikun jista’ jopera, jġorr u jbigħ l-ilma. Permezz tal-ħruġ ta’ liċenza lill-operaturi bil-bowser, dawn se jkunu suġġetti għal ċertu kundizzjonijiet fosthom li l-vetturi li jintużaw għal din l-attività se jkunu armati b'loading cell u tracking device elettroniku li jindika l-ammont ta' ilma li qed jingarr u l-moviment tal-vettura waqt il-ġarr tal-ilma. Irridu naraw ukoll li s-sorsi tal-ilma użati mill-operaturi jkunu metered. Il-bowsers tal-ilma jridu jkunu immarkati sabiex il-konsumatur jkun jaf liema tip ta' ilma jista jgorr, jekk hux ilma tax-xorb, ilma sekondarju (jiġifieri ilma li mhux tajjeb għax-xorb iżda tajjeb fost oħrajn għat-tisqija) jew ilma baħar.

B’dan li qed nagħmlu għandna nasslu sabiex inkomplu t-triq li qbadna is-sena l-oħra sabiex ikollna stampa aktar ċara dwar is-sitwazzjoni preżenti ta’ din ir-riżorsa. Is-sena l-oħra l-MRA għamlet proċess ta’ notifikar ta’ boreholes u spieri tal-ilma sabiex bih tittieħed stampa ċara ta’ kemm jeżistu minnhom f’pajjiżna. Irridu naraw fuq kollox li nassiguraw li l-biedwi jibqa jkollu ilma tajjeb ghat-tisqija tal-ucuh tar-raba' tieghu. Ghalina dan jibqa settur strategiku u ghalhekk b'responsabilita' qed niehdu dawn il-passi, wiehed wara l-iehor. Nistgħu nagħżlu t-triq il-faċli, dik li ma nieħdux azzjoni, iżda ma nkunu qed nagħmlu xejn ħlief nigravaw is-sitwazzjoni ta’ għada.

Nov 11, 2009

Investiment ghax-Xoghol

Ix-Xogħol. Din hija t-tema tal-Budget li għadu kemm tressaq. Budget li jħares il-postijiet tax-xogħol filwaqt li jfittex li jkompli joħloq l-opportunitajiet ta’ tahrig. Dan se jsir ukoll b’investiment qawwi fir-riċerka u fl-innovazzjoni. Dan huwa settur li kull ma jmur qiegħed jinghata mportanza akbar minn dan il-Gvern. Fi żmien ta’ kriżi ekonimika mondjali l-iżvilupp fir-riċerka u l-inovazzjoni jista’ mhux biss isalva l-impjiegi iżda jkun ukoll ċavetta għal-ħolqien ta’ aktar xogħol u xogħol aħjar.

Fost il-mizuri ghar-ricerka nsibu: 1. Il‐Fond ta’ Riċerka u Innovazzjoni jiġi rduppjat għal €0.7M, 2. Se tingħata rifużjoni ta’ 15.2% fuq spejjeż li fuqhom tkun tħallset it‐taxxa f’proġetti ta’ riċerka approvati mill‐Kunsill Malti għax‐Xjenza u t‐Teknoloġija (MCST), 3. Għotja ta’ €0.5M biex jinbeda l-Malta University Research, Innovation and Development Trust Fund, bil-għan li jinkoraġixxi r-riċerka fl-Universita’ għal skopijiet kummerċjali, 4. Se titfassal Strateġija Nazzjonali għal-iżvillupp tal-Industrija tal-logħob diġitali mill-MCST, il-Malta Enterprise u l-Universita ta’ Malta. Barra hekk ghall-industrija il-Gvern iddeċieda li jestendi l-iskema 20millionforindustry b’investiment addizjonali ta’ €7 miljun, wara s-suċċess miksub matul ix-xhur li għaddew. Prova cara li l-Gvern determinat li jkompli jinvesti bis-sħiħ fil-kreativita’.

Dan hu budget ukoll karatterizzat mill-fondi nvestiti għal-proġetti ta' infrastrutura u tisbih fil-pajjiz. Fil-Budget issemmew xejn anqas minn €430 miljun għal proġetti. Dawn il-miljuni fl-ekonomija tagħna jwasslu mhux biss biex ikolna pajjiż aktar sabiħ iżda wkoll iwasslu sabiex jitkattru aktar impjiegi. Fost il-proġetti li l-Ministeru tiegħi se jkun qed jidħol għalihom insibu; r-restawr tas-swar, it-tisbiħ u faċilitajiet ġodda fil-promenade ta' Qui-si-Sana f’Tas-Sliema u t-tkomplija tax-xoghol tax-Xatt ta' Marsaxlokk , 10 progetti ta'titjib ta' zoni turistici, estensjoni tal-ispazji rikreattivi inkluz Park Nazzjonali gdid gewwa Delimara u oħrajn.

Fuq kollox dan huwa wkoll budget li qed ikompli jmiss sabiex jitwettqu 72 proposta elettorali oħra. Dan kollu qed isir fl-ewwel sentejn ta’ dan il-gvern li mhux biss iwiegħed iżda jwettaq bil-fatti u b’għaqal.

Nov 9, 2009

20 sena ilu - beda jinhatt il-hajt

Fid-9 ta’ Novembru, 1989 sehhet il-grajja politika l-aktar importanti fil-memorja ta’ hafna minnha. Dakinhar li kien beda jaqa' l-hajt kont f'laqgha taz-Zghazagh Demokratici Kristjani gewwa Brussels. Kien gie wiehed jghidilna mmorru naraw it-TV u ghall-ewwel hadnih biz-zufjett. Ma stajniex nemmnu. Id-9 ta’ Novembru, 1989 fisser il-liberta’ ghall-miljuni ta’ nies msakkra ghal ghexieren ta’ snin wara purtiera tal-hadid u gab fix-xejn konflitt dinji li kien qasam id-dinja f’zewg kampijiet u li ghal aktar minn darba setgha wassal ghall-qerda nuklejari.

Ix-xkiel tac-cittadini ta’ dawn il-pajjizi kien doppju – kien hemm dak politiku u kien hemm dak ekonomiku. It-tnejn konnha nifhmuhom ahna ghax sa certu punt, doqnihom ukoll ghalkemm zgur mhux fl-istess mizura ta’ shabna l-Polakki jew ic-Ceki. Ghoxrin sena wara, dawn il-pajjizi ghamlu avanzi kbar, politici u ekonomici. Illum ghaxra minnhom huma sahansitra pajjizi membri tal-Unjoni Ewropeja, miljuni ta’ nies jivvjagjaw, jahdmu, jinvestu bla xkiel f’pajjizi ohra. Id-demokrazija f’dawn il-pajjizi regghet hadet ir-ruh.

F’dan kollu irridu niftakru f’dak li gara fil-Jugoslavja, pajjiz mhux boghod minnha wisq li wara l-waqa’ tal-hajt ta’ Berlin, nizel fl-abbissi ta’ gwerrer u atrocitajiet li konnha ilna ma naraw fl-Ewropa mit-tieni gwerra dinjija. Mal-140,000 ruh mietu fil-gwerer tal-Bosnija, l-Krozja u l-Kosovo ghax in-nazzjonalizmu, ir-religjon u forsi wkoll ir-reghba ghall-poter tilfulhom rashom.

Ir-rebha tal-demokrazija u tal-ekonomija tas-suq ma tistax tittiehed for granted. Xi kultant, il-bniedem jasal biex jaghmel, sforz il-kburija u x-xenofobija, l-kuntrarju ta’ dak li jkun logiku. Id-demokrazija rridu nahdmu ghaliha kuljum u d-demokrazija nahdmu ghaliha mhux biss billi niddefendu u nippromwovu d-drittijiet tal-bniedem izda wkoll billi ntejbu l-kwalita’ tal-hajja tan-nies, fuq kollox billi nkabbru l-opportunitajiet tax-xoghol.

Nov 8, 2009

Rigenerazzjoni tas-Salini

F'dawn il-granet zort ix-xogħlijiet li saru tajjeb fil-kanal tas-Salini magħruf bħala s-sukkursu fejn reġgħet inħolqot iċ-ċirkolazzjoni tal-ilma baħar madwar is-salini tal-melh ta' hdejn Burmarrad.
Din il-korsa tal-ilma kienet maħluqa apposta meta nbnew is-salini mill-Kavallieri. Il-kurrenti fil-bahar u it-tides kellhom parti importanti fil-funzjoni tas-salini u l-mod kif kienu jintlew. Bil-moviment tat-tides, l-ilma kien idur madwar is-salini skond il-kurrenti u l-qawwa tal-mewg. Wara li dan safa bblukkat bil-hama, veġetazzjoni u materjal iehor li niezel go fih matul l-ahhar 20-30 sena, din ic-cirkolazzjoni tal-ilma waqfet, is-salini ma baqgħux jiffunzjonaw u l-ilma sar qiegħed.

Għalhekk il-Ministeru daħal għal dan il-proġett fejn mill-kanal inġabar xejn inqas minn 10,000 tunnelata ta’ skart li ngabar matul is-snin matul mhedda ta' madwar 900 metru ta' kanal. Dan il-proġett li sar b’investiment ta’ madwar €250,000, kien jinkludi wkoll it-tisħiħ u r-restawr ta’ ħajt ta’ madwar 90 metru li jmur lura għal żmien il-Kavallieri u li kellu numru ta’ ħsarat kawża tal-maltemp. Kull min jgħaddi minn hemmhekk illum se jkun jista jgawdi id-dehra tal-mgħodija tal-ilma li reġgħet tagħat il-ħajja lill-post. Iżda fuq kollox ir-riħa xejn pjaċevoli li kienet tinxtamm f’dawn l-inħawi spiccat għal-kollox.

Dan li sar s'issa huwa l-ewwel pass sabiex tiġi rrijabilitata ż-żona kollha tas-Salini. Dan ix-xogħol ser jikkonsisti wkoll fir-restawr u r-rijabilitazzjoni tas-salini, fir-restawr tal-huts li kienu jintużaw biex jiġi proċessat u mahzun il-melħ, fir-restawr tax-Ximenes Redoubt kif ukoll fir-rijabilitazzjoni tal-marshland fuq in-naha ta' Kennedy Grove. Dan il-progett b'kollox se jkun sewa mas-7 Miljun Euro. Fil-fatt diha applikajna sabiex nuzaw fondi Ewropej halli fit-3 snin li gejjin inkunu nistghu naghmlu dan ix-xoghol.

Dan huwa progett importanti sabiex noffru attrazzjoni mportanti fuq l-ghatba ta' wahda miz-zoni turistici l-aktar mportanti f'pajjizna. Apparti minn hemm nkomplu naghmlu minn din iz-zona dejjem aktar park ta' mistrieh ghal Maltin, kif diga jaghtu xhieda l-mijjiet li johonqu s-Salini Park li llum jokkupa spazju sitt darbiet akbar minn dak li kien Kennedy Grove.

Nov 5, 2009

Qargha hamra minflok il-kurcifiss ?

Id-deċiżjoni mħabbra nhar it-Tlieta mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu dwar l-użu ta’ kurċifissi fl-iskejjel hija fl-opinjoni tieghi zbaljata u mhux ta' b'xejn qajmet kontroversja sħiħa. Il-Qorti tal-Kunsill tal-Ewropa ġiet mitluba tippronunzja ruħha dwar każ imressaq minn omm Fillandiża ta’ nazzjonalita’ Taljana li talbet li l-kurċifissi jiġu mneħħija mill-klassijiet tal-iskejjel. Il-Qorti laqgħet it-talba ta’ din l-omm.

Nifhem is-sentiment ta’ Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona li f’reazzjoni għal din is-sentenza ddeskriviha bħala forma ġdida ta’ "ċensura". Naqbel mal-Arċisqof meta jgħid li r-realta’ illum tfisser li persuna tista’ tesprimi ruħha fuq kwalunkwe ħaġa, ħlief fuq ir-reliġjon. Din mhijiex kwistjoni bejn reliġjonijiet imma hija tendenza ġdida li qed dejjem tikber li trid tneħħi kull forma jew simbolu ta’ twemmin jew reliġjon.

Kif qal tajjeb l-ispeaker tal-Parlament Taljan Gianfranco Fini, din mhijiex sentenza favur il-lajċita’ tas-soċjeta’, imma hija espressjoni ta’ negazzjoni tat-twemmin tagħna. Kif ġa kelli okkażjoni nikteb f’dan il-blog, f’moħħi jiġini kliem il-mibki Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni li f’Settembru tal-2002 kien qal: "f’dinja dejjem aktar sekulari u materjalista, il-preżenza ta’ simbolu tal-fidi, bħalma hu l-kurċifiss qed isir dejjem aktar importanti f’postijiet pubbliċi."

Fl-opinjoni umli tiegħi, dawn id-deċiżjonijiet qed ikomplu jgħinu biex jikber sentiment fis-soċjetajiet moderni li nistghu nghixu minghajr Alla. Kurċifiss m’għandux jitqies bħala simbolu tal-Kristjaneżmu, imma huwa xhieda ta’ mħabba estrema. Hija ħasra li dawn it-tradizzjonijiet kulturali b’tant egħruq tul snin twal ta’ ċivilizzazzjoni qed jispiċċaw fil-mira ta’ sentenzi li qed ikunu superfiċjali żżejjed. B'sentenza bhal dawn se nispiccaw biss bil-qargha hamra ta' Halloween !

Nov 1, 2009

Energija mir-rih : jibda l-moniteragg

Dalgħodu fl-inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa, zort flimkien mal-media l-Monitooring mast, arblu ta' madwar 80 metru tul, li gie nstallat sabiex isir monitoraġġ tar-rih fl-inhawi tas-Sikka l-Bajda. Mir-riżultati ta’ dan il-monitoring mast, tkun tista’ tittieħed deċiżjoni jekk ikunx vijabli li jsiru t-turbini tar-rih fuq is-Sikka li tinsab bejn kilometru u nofs u tliet kilometri ‘l barra mill-kosta tal-Aħrax tal-Mellieħa. Is-Sikka l-Bajda intagħżlet wara studji preliminari li saru minn tim tekniku.

Jekk wara li tigi analizzata d-data jinstab li l-progett huwa viabbli allura hu kkalkulat li minn windfarm fuq is-Sikka l-Bajda niproduċu mal-40% ta’ enerġija nadifa li l-Unjoni Ewropea titlob li Malta jkollha sa’ ħdax-il sena oħra. Jekk il-progett ikun viabbli allura hu mistenni li jsir investiment ta’ madwar €300 miljun mis-settur privat. B'kollox hu kkalkulat li fuq is-Sikka l-Bajda jitqiegħdu bejn 18 u 20 turbina. Kull turbina tkun qed tiġġenera mal-5 megawatts, b’total ta’ bejn 90 u 100 mega watt.

Dan hu pass ieħor konkret fit-twettiq tal-viżjoni tal-Gvern favur enerġija nadifa. Sal-2020, 10% tal-enerġija li tikkonsma Malta trid tkun nadifa, u għalhekk, il-Gvern Malti qed jiffoka fuq tliet riżorsi biex jiproduċi enerġija aktar nadifa: ix-xemx, ir-riħ u l-enerġija mill-iskart. Fuq il-produzzjoni ta' energija nadifa ma nistghux nieqfu mal-kliem sabiħ. Jehtieg niehdu d-decizzjonijiet li jwasslu ghal azzjoni konkreta. Aħna nieħdu deċiżjonijiet, li għalkemm mhux dejjem popolari, huma meħtieġa biex mill-kliem ngħaddu għall-fatti. Għax il-politika mhi xejn jekk mhux akkumpanjata minn sens ta’ tmexxija, determinazzjoni u impenn.