Feb 26, 2010

Centru biex jispjega s-swar

Difficli tispjega kif pajjiz bhal taghna, li ghandu tant patrimonju uniku ta’ swar u fortifikazjonijiet, ghad m’ghandux sa llum centru, jew ‘muzew’ iddedikat biex jispjega r-rikkezzi ta’ arkitettura militari li ghandu. Ghandna muzewijiet tal-arkeologija, tal-storja marittima, l-armi u l-kurazzi tal-kavallieri, tal-istorja naturali u ohrajn, izda m’hemm xejn fuq il-fortifikazzjonijiet taghna. Is-swar u l-fortifikazzjonijiet ta’ Malta jirraprezentaw wahda mill-ifjen kollezzjonijiet t’arkitettura militari li jezistu madwar id-dinja, fi kliem il-mibki Prof. Quentin Hughes, “wirt monumentali li ghal koncentrazzjoni u majesta tieghu, huwa tassew bla paragun”.

Kien ghalhekk li l-Ministeru ghar-Rizorsi u Affarijiet Rurali ha l-inizjattiva biex jimla ukoll dan il-vojt fl-gharfien u l-esposizzjoni ta’ dan is-suggett bit-twaqqif ta’ Centru gdid ta’ Informazzjoni fuq il-Fortifikazzjonijiet ta’ Malta. Dan ghandu jikkomplimenta x-xogholijiet kbar ta’ restawr li ghadejjin fuq 6km ta’ swar. Ghal dan il-ghan, ir-Restoration Unit fi hdan il-Ministeru gie mitlub jiddisinja progett li juri u jispjega l-importanza tal-fortifikazzjonijiet f’Malta , kif ukoll il-mod kif dawn l-istrutturi maestuzi nbnew.

Bhal ma kelli l-okkazzjoni nispjega llum fil-laqgha li kellna fuq il-post, dan il-centru mhux se jiglorifika l-gwerra, izda se jiccelebra l-genju kreattiv tal-inginerija u l-arkitettura militari. Kif jghid sew Quentin Hughes is-swar inbnew “biex jipprotegi il-hajja u mhux jeqerduha”. Kienet l-arti tad-difiza, u tal-aggressjoni. Ghaldaqstant, dan ic-Centru l-gdid se jiffoka fuq il-metodi, teknika u s-snajja ta’ kostruzzjoni kif ukoll ir-rwol importanti li kellhom il-bennejja u nies tas-snajja Maltin f’dan il-process.

Il-‘bennejja’ ta’ dan ic-centru interattiv huma Dr Stephen C Spiteri, storiku ta’ l-arkitettura militari u awtur ta' diversi kotba fuq is-swar ta’ Malta, flimkien ma’ team specjalizzat mir-Restoration Unit. Il-binja maghzula biex tiehu fiha dan ic-centru hija struttura kbira taz-zmien is-seklu sittax, mibnija fi zmien il-Gran Mastru Verdal, li tinsab biswit Biagio Steps f’tarf Triq San Marku, il-Belt Valletta. Dan il-bini antik u interessanti qieghed bhalissa jigi restawrat. Ic-Centru se jkun mghammar b’mudelli tas-swar, mudelli tas-swar tri-dimensjonali generati bil-kompjuters, tabelli b’informazzjoni, teatru audio-viziv, u librerija. Il-progett gie iddisenjat biex jinkorpora ukoll ‘lift’ ghal-‘link’ vertikali bejn iz-zona ta’ Marsamxett u Triq Melita.
http://www.timesofmalta.com/articles/view/20100226/local/biago-steps-project-to-honour-fortifications

Feb 23, 2010

Nsellmulek George !

Tajna l-ahhar tislima lil George Bonello du Puis, gentlom u politiku b'vizjoni. Kien persuna li jimlik bl-entuzjazmu. Mimli energija u dejjem b'dik it-tbissima jew battuta helwa tieghu. Jekk issaqsini l-ewwel haga li tigi f'mohhok fuq George, nghidlek id-diskorsi qosra izda simpatici tieghu fil-mass meetings kbar ta' wara l-1981 biex il-folla ddahhal idejha fil-but u tikkontribwixxi !

George se jibqa mfakkar bhala l-Ministru tal-Finanzi li biddel ir-rotta ekonomika ta' pajjizna wara s-snin mimlija kontrolli u monopolji tas-snin sebghin u tmenin. Kellu kapacita' jissintesizza l-feeling generali tal-komunita' biex jaghraf jixprunha u jisfrutta l-potenzjal kollu taghha. Dejjem bi tbissima. Anke meta kien jirrakkonta meta gie assaltat fil-Kamra tal-Parlament minn Deputat tal-Labour u kisrulu snienu kien dejjem jghidha bi tbissima u qatt b'mibgheda lejn l-avversarji politici.

Niftakar lil George meta kont fl-MZPN u jidhol sal-ufficcju taghna fid-Dar Centrali, "Ara ahdmu ghax intkom tridu zzommu dan il-partit ghada". Dejjem ghandu dik il-kelma ta' nkoraggiment. Il-PN ghalih kien ifisser l-aktar haga mportanti f'hajtu wara l-familja li tant kien ihobb u jghozz. Kellu sens qawwi ta' team. Forsi anke minhabba l-esperjenza atletika u sportiva tieghu. Kien ihobb jghid dejjem "Hadd mhu fuq il-partit". Kellu sens qawwi ta' servizz u lealta'.


Dan l-ahhar kont incempillu biex nkellmu ftit. L-ahhar li kellimtu ghidtlu li rrid immur sa hdejh. Kif nhar il-Gimgha huh Albert qalli li hallina waqt li kont imsiefer, verament iddispjacini li ma kontx lhaqt mort rajtu. U ghalhekk il-bierah hassejt id-dmir li mhux biss mmur il-knisja izda mmur anke ghad-difna biex naghti l-ahhar tislima lil George. Insellimlek habib !

Feb 19, 2010

Opposizzjoni bla kontenut

Sena ilu meta hrigna ghall-konsultazzjoni pubblika it-Tieni Strategija Nazzjonali ghall-Immanigjar tal-Iskart, il-Kap tal-Opposizzjoni kien habbar fil-Konferenza Generali tal-PL li "il-PL kien waqqaf team ta' esperti biex jghinu jaghti opinjoni fuq din l-Istrategija". Il-perjodu ta' Konsultazzjoni Pubblika ghalaq u ghaddiet aktar minn sena u s'issa ma smajna b'xejn. Skiet perfett !

La ppublikat il-‘konklużjonijiet’ ta' dan is-suppost team ta' esperti u wisq anqas l-ismijiet tas-suppost esperti. Transparency in action a la PL ! Posizzjoni bhal din malajr turik kemm il-bidliet fil-PL huma verament kosmetici. Partit li jilghan ghall-gallerija imma meta taghsar ma ssib xejn kontenut. Jekk verament l-Opposizzjoni trid tghin fid-diskussjoni nazzjonali dwar l-Immanigjar tal-Iskart, l-input taghha imissha taghtu fil-perjodu tal-Konsultazzjoni Pubblika. Hekk għamel kull min hu ġenwin, serju u jrid verament jikkontribwixxi għal diskussjoni matura fuq dan is-suggett tant sensittiv ghal pajjizna. Dak hu d-dmir taghha bhala Opposizzjoni, bhala partit li suppost huwa alternattiva ghall-Gvern.

Izda minflok issa qalulna li se jaghtu l-input taghhom meta se nressaq id-dokument finali ghad-diskussjoni fil-Parlament ! Din l-attitudni fiha element qawwi ta' arroganza politika. Huwa faċli li l-Oppożizzjoni titkellem dwar l-accountability ta’ ħaddieħor, imma mbaghad tirrinunzja ghar-responsabilitajiet taghha.
Meta f'Jannar 2009 varajt l-Abbozz tal-Istrategija "Aktar Enerġija Nadifa mill-Iskart" kont ghidt "Għalkemm għandna viżjoni ċara u bi proposti konkreti, ma rridux nimxu waħedna. Irridu proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’ u li jinkludi lil kulħadd bil-għan li fil-mument tal-implimentazzjoni jkollna kunsens nazzjonali." Jidher li dak l-appell waqa fuq il-widnejn torox tal-Opposizzjoni. L-Opposizzjoni trid tibqa tahrab mir-realta'. Minkejja l-progress li ghamilna f'dan il-qasam, allavolja sibna t-tfixkil mill-Opposizzjoni, pajjizna ghandu bzonn faċilitajiet ohra li jgħinuna nimmassimizzaw l-energija li kapaci nirkupraw mill-iskart, li fil-fatt jista jlahhaq mal-4% tal-energija taghna.

Feb 17, 2010

Impressjonajt ruhi

Mill-bieraħ fl-uffiċini tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi bdew jintlaqgħu l-applikazzjonijiet sabiex il-familji jibbenefikaw mill-iskemi li qed joffru għajnuna fuq sistemi ta’ panelli fotovoltajċi u solar water heaters. Impressjonajt ruhi kif f’anqas minn gurnata, litteralment f'numru ta' sieghat, mill-ftuh tal-iskema l-applikazjonijiet għal sistemi ta’ panelli fotovoltajiċi ittieħdu kollha ! Iġifieri l-Awtorita’ rċeviet 416 applikazzjoni għal għajnuna sa 50% tan-nefqa kapitali sa massimu ta’ €3,000. Ovvjament kull minn applika irid johrog minn butu in-nofs l-iehor tal-ispiza. L-ghajnuna lill-familji hija ko-finanzjati wkoll mill-Unjoni Ewropea.

Huwa ta’ sodisfazzjon li rnexielna fi ftit snin nrawmu kultura u mentalita’ ġdida favur dawn it-tip ta’ teknoloġiji permezz ta' offerti vantaġjużi ħafna tul l-ahhar erba snin. Permezz tas-sussidji ghenna lill-familji jinvestu f'solar water heaters, jixtru energy saving household appliances, jinstallaw double-glazed windows u roof insulation. Barra hekk matul is-sena li ghaddiet investejna €4M halli naghtu lill-familji bozoz energy saving.

Il-bidla fil-mentalita hija evidenti fil-fatt li f'erba snin l-ammont ta' solar water heaters f'pajjizna minn 5,000 zdied ghal aktar minn 13,000 ! Permezz ta' dawn l-ghajnuniet il-payback period fuq Solar Water Heater se jkun ta’ 3 snin, filwaqt li fuq sistema ta’ panelli fotovoltajiċi se jkun ta’ 8 snin. Dan juri kemm dawn l-iskemi huma ta’ benefiċċju għall-familji. Il-fatt li fuq solar water heater tieħu lura flusek fi 3 snin jagħmel din l-iskema aktar worth it sabiex tinvesti fil-futur tiegħek! B'hekk mhux biss nghinu l-ambjent imma nghinu lill-familji jnaqsu l-ispiza taghhom fuq il-konsum tad-dawl. Biex nghinu lill-familji jaghmlu dan il-pass fit-tlett snin li gejjin se naghtu €8M f'ghajnuniet.

Feb 10, 2010

L-akbar trux...

Bdejna x-xogħlijiet ta’ restawr fuq is-swar tal-Belt Valletta, bhala parti mis-6 km ta’ swar li se jkunu restawrati f’Malta u Ghawdex. Fil-Belt Kapitali tagħna se jkunu restawrati xejn anqas minn 3 km ta' swar. B'kollox dan il-proġett se jkun ra nvestiment ta' 36 miljun ewro, minn fondi tal-UE. Stajna nibdew wara li l-haddiema tar-Restoration Unit fl-ahhar xhur analizzaw b’mod dettaljat dawn is-swar halli fis-sejhiet ghax-xoghol (tenders) ikunu jistghu jispecifikaw ezatt ix-xoghol li hemm bzonn isir.

Il-consortium li rebaħ il-kuntratt għax-xogħlijiet fuq is-swar tal-Belt Valletta ghandu esperjenza vasta ta restawr, insemmu fost l-oħrajn xogħlijiet fuq fdalijiet rumani ġewwa Ruma u fir-regjun tat-Toscana fl-Italja. Dan il-progett ta’ restawr iffinanzjat minn fondi ewropej jikkumplimenta x-xoghol l-iehor ta’ restawr li r-Restoration Unit qed taghmel b’fondi tal-Gvern Malti fost l-ohrajn ir-restawr tas-swar ta' San Gwann t’Ghuxa f'Bormla u s-Swar ta' taħt il-qanpiena fil-Belt Valletta. Dan huwa nvestiment bżonjuż li se jħalli frott kemm fuq l-infrastrutura ta’ pajjiżna kif ukoll jgħin sabiex jitjieb il-prodott turistiku Malti.

Li jdejjaqni huwa l-fatt li l-Opposizzjoni anke fuq suggett bhal, dan mohha biex intenzjonalment thawwad l-imhuh, inkella verament ma tafx x’inhu ghaddej f’pajjizna. Proprju fil-media elettronika tal-Partit Laburista ta’ llum insibu “The Cittadella in Gozo has been left in a state of ruins, due to lack of initiative and apathy from the Government’s part.” Kemm ili nghid li c-Cittadella hija nkluza fix-xoghol ta’ dan il-progett massicc ta’ restawr. Fil-fatt dalwaqt jibda x-xoghol ta’ restawr fuq medda ta’ 'l fuq minn 1.2km tas-swar tac-Cittadella !

Ix-xoghol ta’ preparazzjoni ilu li beda, tant li lil-media konna anke spjegajnilha fuq il-post f’Lulju li ghadda x-xoghol li kien ghaddej biex jigi ppreparat mudell virtwali 3-dimenzjonali li fuqu jiġu ndikati l-materjali kif ukoll il-ħsarat eżistenti. Halli ix-xoghol ta’ restawr isir verament b’mod professjonali. Verament il-kaz li “L-akbar trux huwa dak li ma jridx jisma u l-akbar għama min ma jridx jara !”

Feb 8, 2010

Xjenza u Teknologija fil-pjazez

Carl Sagan darba qal "Can there be a genuine bridge built between science and the people that can explain in a good way the methodology and results of science ? I am not sure why people aren't interested in science a little more - lack of interest, of childhood/adolescent exposure through the educational system, of ignorance. But whatever the reason, it appears that people have to have a 'hook' in presentation to gain their interest." Naqbel mija fil-mija. Biex aktar zghazagh jersqu biex jaghzlu x-xjenzi hemm bzonn niprezentaw ix-xjenza b'mod interessanti. Kien ghalhekk li wara s-success li kellna tax-Science Fest fl-Universita' f'Novembru li ghadda, issa ddecidejna li niehdu x-Xjenza u t-Teknologija fil-pjazez ta' pajjizna.

Sitt lokalitajiet laqghu l-istedina tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknologija (MCST), sabiex jilqghu fil-pjazez taghhom wirja li turi b’mod sempliċi u prattiku it-teknoloġiji u fenomeni tax-xjenza. Bdejna il-bierah gewwa San Gwann. Se nkomplu fil-gimghat li gejjin gewwa San Pawl il-Bahar, M'Scala, Imqabba, Mtarfa u Xagħra, Ghawdex. B'hekk nesponu kemm nistgħu x-xjenza u t-teknologija lil aktar zghazagh halli dawn jaghzlu x-xjenzi u jahtfu l-opportunitajiet ta' xoghol li pajjizna qed joffri f'dawn l-oqsma. Ibda mill-industrija tal-farmacewtika, l-industrija tal-manutenzjoni tal-ajruplani, tal-informatika u tal-enerġija alternattiva.

Il-messaġġ li nridu kontinwament inwasslu hu "Science is fun, Science is for everyone." Biex inkomplu nwasslu dan il-messaġġ hemm bzonn li f'pajjizna mhux biss ikollna okkazzjonjiet bhal dawn imma jkollna centru interattiv permanenti għax-xjenza u t-teknoloġija biex necitaw lit-tfal, liz-zghazagh u lil poplu kollu fuq is-sabih tax-xjenza u dak kollu li jdawwarna. Irridu naghmlu dan permezz ta' esibiti li jqajjmu nteress biex wiehed jifhem anke l-principji bazici tax-xjenza u tonqos il-biza li ghad ghandna fis-socjeta' ghax-xjenza u teknologija.

Feb 5, 2010

L-Australia Hall - ezempju tal-indifferenza

Jekk hemm ezempju tal-indifferenza tal-Partit Laburista lejn il-patrimonju Malti, dan huwa l-kaz ta' kif il-Partit Laburista halli l-Australia Hall gewwa Pembroke titkisser u titfarrak. L-Australi Hall inbniet mill-Australian Branch tal-British Red Cross Society fl-1915 bhala sala tac-cinema u Memorial ghat-truppi Awstraljani li kienet mietu f'Gallipoli. Din hi binja li kienet propjeta' tal-istat li nghatat b'cens lil Partit Laburista fl-1979 bhala parti mill-kumpens li ha l-Partit Laburista meta l-Gvern ha l-binja ta' Freedom Press fil-Marsa. Il-binja li ghandha still Edwardian kienet mghammra b'palk shih, b'orchestra pit, dressing rooms u bi projection room ghac-cinema.

Kundizzjoni mportanti fic-cens kienet dik li din il-binja trid tinzamm fi stat tajjeb. Sfortunatament il-Partit Laburista halliha abbandunaha u halliha taqa bicciet. Mument minnhom il-PL ipprova jbieghha biex tintuza bhala supermarket izda l-bejgh ma sehhx. F'Ottubru li ghadda l-Gvern permezz tad-Dipartiment tal-Artijiet kiteb lil Partit Laburista sabiex fi zmien tlett xhur jiehu l-azzjoni mehtiega halli jirrestawra din il-binja. Ghaddew it-tlett xhur izda baqa' ma gara xejn.

Hadt gosta nisma l-bierah lis-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi jghid li qed jara flimkien mal-Avukat tar-Repubblika kif il-Gvern jiehu lura din il-binja lura halli jirrestawrha hu. Jaghmel sew il-Gvern li jiehu l-azzjoni legali kollha possibli halli jtemm il-kuntratt ta' cens li hemm. Hija tal-misthija kif il-Partit Laburista halli din il-binja tiggarraf u sahansitra tinharaq biex tispicca fl-istat tal-biki li qeghda fih illum. Niddubita jekk il-Kunsill Lokali ta' Pembroke, mmmexxi minn maggoranza tal-Partit Laburista, qattx caqlaq sebghu biex igieghel lil Partit Laburista jerfa r-responsabilitajiet tieghu. Jien nittama li ghallanqas sal-2015, mitt sena wara li nbniet, din il-binja tkun irrestawrata u wzata mill-komunita' li llum tghix gewwa Pembroke.