Sep 24, 2010

Aktar investiment fil-produzzjoni tal-ikel

Illum kelli l-okkażjoni nkun preżenti għall-inawgurazzjoni ta’ mpjant ġdid ta’ Farm Fresh Ltd f’Għawdex mill-Prim Ministru. Farm Fresh Ltd hija kumpanija li tifforma parti mill-grupp ta’ Magro Brothers, li hija kumpanija ewlenija fil-qasam agro-alimentari f’pajjiżna. Fil-fatt, fl-impjant il-ġdid, il-kumpanija Farm Fresh ser tkun qed tipproduċi prodotti bħalma huma l-irkotta u ġobniet, kif ukoll prodotti oħra magħmulin mill-ħalib u derivati minn dawn il-prodotti.

Din ta’ llum hija okkażjoni ta’ sodisfazzjon kbir u li għandha tkompli timla b’kuraġġ lill-poplu kollu. Sodisfazzjon għax kumpanija lokali qed tkompli tkabbar u tiddiversifika l-operat tagħha. Dan hu l-mutur ekonomiku li joħloq il-ġid u l-postijiet tax-xogħol. Sodisafazzjon ukoll għax din hi kumpanija li se topera minn Għawdex u li allura se tkompli tgħin lill-gżira Għawdxija biex tkompli għaddejja ‘l quddiem, minkejja diffikultajiet li għandha bħalma hi l-insularita’ doppja tagħha.

Sodisfazzjon ukoll għax, minkejja s-soliti ġeremiji, mhux talli din l-industrija agro-alimentari lokali ma tkissritx bis-sħubija taghna fl-Unjoni Ewropea, talli dan l-impjant sar propju b’fondi Ewropej ! Din hi d-differenza bejn min jemmen u min ma għandu ebda fiduċja f’pajjiżna u fil-poplu tagħna. Illum il-Prim Ministru inawgura impjant li hu frott tal-għaqal tal-imprenditur Malti u l-għajnuna ta’ fondi Ewropej – żewġ aspetti illi kieku smajna mill-Oppożizzjoni żgur li ma kienetx iseħħ l-inawgurazzjoni ta’ llum.

Sep 23, 2010

Irgulija u serjeta'

"Irgulija. L-aqwa mgiba korretta. Serjeta'." Dan hu l-kliem li gie f'mohhi hekk kif, bhal hafna, kont ixxukkjat bir-rizenja ta' Chris Said fuq xi haga li ma ghandha x'taqsam xejn mal-politika u li saret qabel lanqas biss kien Membru tal-Parlament hu u jaqdi dmiru bhala avukat - xhieda dwar jekk xi seduta tal-Qorti sehhitx filghaxija nkella fl-istess gurnata waranofsinhar. U l-kummenti dwaru wara li rrizenja kienu uniformi - simpatija u ammirazzjoni. Nittama li Chris Said jirritorna malajr fil-kariga pubblika tieghu ghax ma hemmx dubju li jgib lura mieghu l-kapacitajiet u l-bzulija li hu maghruf ghalihom.

Sep 19, 2010

Nwarrbu l-fidi minn nofs ?

Segwejt xi ftit iz-zjara li qed jaghmel il-Papa Benedittu XVI fir-Renju Unit. Wiehed mill-kummenti tieghu kien li r-religjon - b’mod partikolari dik Nisranija – “qed tigi mwarrba fil-genb” fid-dinja. Dan il-kumment il-Papa ghamlu waqt li kien qed jindirizza lil numru ta’ Membri Parlamentari, raprezentanti tas-socjeta civili u mexxejja religjuzi f’Westminster Hall f’Londra. Il-Papa wissa li hemm nies li jridu joqtlu l-lehen tar-religjon. Rega ghamel referenza ghal dan ukoll f’Westminster Abbey meta talab lill-insara biex jitkellmu fil-berah dwar il-fidi taghhom. Hafna osservaturi nterpretaw dan bhala rallying call, biex ir-religjon ma tigiex meqruda mis-socjeta’ sekularizzata li qed nghixu fiha.

Personalment inhoss li din l-attitudni biex r-religjon titwarrab fil-genb tezisti b’mod qawwi fil-media tal-punent, inkluz dik ta’ pajjizna. Hemm bias kontra r-religjon fir-rappurtagg, li huwa l-aktar b’sahhtu fil-konfront tal-hsieb tal-Knisja Kattolika. Hemm persuni fil-media li jridu jeliminaw id-dimensjoni tal-fidi mill-hajja pubblika.

Il-Knisja taghmel zball jekk tinjora din il-mewga. Ikun zball jekk il-Knisja ddahhal rasha fir-ramel u tahseb li din it-theddida se tmut wahedha. Jehtieg li l-Knisja tkun organizzata aktar biex tfiehem il-hin kollu l-posizzjoni taghha halli tiprova tinnewtralizza kemm jista jkun din it-theddida. Il-Knisja jehtieg tibni alleanzi anke ma’ religjonijiet ohra, inkluz dik Islamika, biex zzomm id-dimensjoni religjuza prezenti specjalment fil-media. Minn naha l-ohra ikun zball kbir jekk il-Knisja tinqeda b’kummentaturi li jesegeraw in-natura ta’ din it-theddida. L-argumenti li jridu jintuzaw iridu jkunu bbazati fuq ir-razzjonalita’ u mhux fuq l-emozzjoni. Sadanittant irridu nkunu ahna lkoll li naghmlu l-parti taghna u mhux nistennew dejjem lill-mexxejja tal-Knisja biex jagixxu.

Sep 16, 2010

Vizjoni 2015

Laqatni hafna l-ezercizzju li ghamel l-Moviment Zghazagh tal-PN sabiex jiddefinixxu f’aktar dettall u jaghtu proposti konkerti dwar il-Vizjoni 2015. Ma laqatnix biss ir-rizultat finali imma laqatni fuq kollox il-process li mxew bih biex otjenew ir-rizultat. L-MZPN laqqa grupp ta’ żgħażagħ li ma jiffurmawx parti mill-istrutturi tal-Partit, li wara sensiela ta’ laqgħat konsultattivi mal-istakeholders u esperti f’dawn l-oqsma, flimkien sawru dokument b’sett ta’ 150 proposti konkreti. Proposti li għandhom iwasslu biex flimkien ma’ ideat li diga bdew ikunu mplimentati jghinu halli pajjiżna jiffoka fuq seba' oqsma li fihom għandu vantaġġi naturali. Flimkien irrid naraw kif l-ahjar nibni fuq dawk il-vantaġġi biex inkunu fost l-aħjar fid-dinja f'dawn l-oqsma. B'hekk ukoll, il-ħaddiema f'dawn l-oqsma jkollhom xogħol u dħul aħjar.

Attendejt għall-preżentazzjoni tad-dokument intitolat ‘Team 2015’ li ġie ppreżentat minn dan il-grupp ta’ żgħażagħ lill-Prim Ministru. Apprezzajt il-mod kif dawn iz-zghazagh, immexxijin minn Ryan Callus, ghamlu l-prezentazzjonjiet separati ghal kull qasam. Tkellmu b’mod konvincenti u ma qaghdux lura milli jikritikaw jew josservaw nuqqasijiet. Hekk nistenna li jaghmlu z-zghazagh. Jghidu dak li ghandhom jghidu. Jidher car li l-homework ghamluh tajjeb. Ma tkellmux fuq x’ihossu sempliciment huma imma tkellmu bin-numri u deher car hafna l-input tal-stakeholders f’dan l-ezercizzju. Hu ta’ sodisfazzjoni li nara ezercizzju bhal dan jsir ghax fl-ahhar mil-ahhar il-Vizjoni 2015 li qed nahdmu ghaliha tiddependi wkoll miz-zghazagh, li ghandhom jkunu minn ta’ quddiem fl-implimentazzjoni taghha.

Ma nistax ma napprezzax l-analiżi li saret fuq il-qasam tal-enerġija. Kif rajna fl-aħħar xhur, l-iskemi għall-introduzzjoni ta’ sistemi fotovoltajiċi kif ukoll dawk għal solar water heaters u l-bozoz imqassma b’xejn lil kull familja kienu suċċess totali. M’inix ngħid li wasalna u ma fadlilniex x’naqdfu, pero’ ngħid b’wiċċi minn quddiem li mixjin fid-direzzjoni t-tajba u fil-futur qarib sejrin naraw soqfa ta’ binjiet publiċi jinksew b’aktar panelli fotovoltajiċi. Permezz ta’ dawn il-panelli fotovoltajiċi se tiġi prodotta enerġija daqs kemm jiġġeneraw madwar 1,500 familja.

Sep 10, 2010

Xoghol delikat fuq is-swar

Ix-xogholijiet li qegħdin isiru fuq is-swar tal-Imdina huma verament innovattivi u nteressanti. Hawnhekk jinsab għaddej mhux sempliċiment programm estensiv ta’ restawr tal-gebla iżda ħidma ffukata biex ikunu kkonsolidati partijiet tas-swar tal-Imdina li jinsabu fi stat perikoluż ghax il-pedamenti cedew matul l-ahhar 60 sena u aktar. Cedew ghax mibnija fuq qoxra rqiqa ta’ blat fuq fond qawwi ta' tafal.

Ix-xogħol hu wiehed delikat. Bħalissa qed issir ħidma partikolari fuq il-bastjun ta' San Pawl u fuq is-sur ta' taħt il-Palazz Vilhena. Fil-bastjun qed jiddaħħlu mal-40 micropile, b’tul ta’ 30 metru l-waħda. Taħt il-Palazz Vilhena s-sistema ta' konsolidament tinkludi deep piles ta' 16-il metru, flimkien ma' post-tensioned tendons. Biex nifthemu aħjar b’dan il-materjal li qed jidħol fis-swar kemm minn fuq is-swar kif ukoll mill-ġnub, qisna qegħdin inħituħ biex dan il-bastjun jissaħħaħ. Wiehed jista jsib immagni cara li tispjega dan fuq http://www.youtube.com/watch?v=gJQY4Hk9ZAM&feature=player_embedded! Galadarba nikkonsolidaw is-sur ta’ taht il-Palazz Vilhena, imbaghad irridu nibnu mill-gdid il-parti ta’ wara tal-Palazz li kienet iggarfet. Mhux xoghol facli imma naslu.

Bosta huma dawk li qed japrezzaw li x-xoghol li qed isir mhux semplici nterventi ta’ tindif tas-swar. Qed jgharfu x-xoghol li qed isir minn bosta nies tekniċi izda jridu jkunu jafu aktar. L-ghatx ghall-informazzjoni huwa kbir u fil-granet li gejjin se norganizzaw serje ta’ lecturers pubblici li fihom se jkun spjegat l-istorja u x-xoghol li qed isir.Interessanti l-coverage li dan ix-xoghol qed jinghata f’rivisti nternazzjonali spezjalizzati bhal Military Architecture.

Ir-restawr estensiv tal-fortifikazzjonijiet huwa xhieda tax-xogħol kbir li qegħdin nagħmlu bl-użu tal-fondi allokati għalina mill-Unjoni Ewropea. Dan ix-xogħol hu l-isbaħ rigal li nistgħu nagħtu lil uliedna sabiex huma wkoll jkunu jistghu jgawdu dan il-patrimonju fi stat ferm ahjar milli sibnih ahna.
http://www.youtube.com/watch?v=gJQY4Hk9ZAM&feature=player_embedded

Sep 8, 2010

Anzjani moqdijin ahjar

Bosta anzjani Slimiezi fl-ahhar granet sabuni biex urew l-apprezzament taghhom ghall-fatt li l-iskema tal-Ispizerija tal-Ghazla Tieghek issa se tigi estiza anke f’Tas-Sliema. Dawk il-pazjenti li joqghodu tas-Sliema li huma ntitolati ghall-medicini b’xejn minghand il-Gvern u li sa llum kienu qed jigbru l-medicini taghhom mic-Centri tas-Sahha tal-Gzira jistghu issa jaghzlu spizerija hdejhom minn fejn jigbru l-medicini taghhom. Ghal bosta anzjani Slimiezi kien verament ta' strapazz biex jinzlu, imma aktar milli jinzlu, biex jitilghu t-telgha wieqfa li hemm mic-Centru tas-Sahha tal-Gzira.

Dawn l-anzjani u pazjenti ohra issa jistghu issa jigbru l-formola tar-registrazzjoni biex jibbenifikaw mill-Iskema tal-Ispizerija tal-Ghazla Tieghek mill-ispizeriji li ser jippartecipaw fl-Iskema. B'din l-iskema l-Gvern qieghed izomm ma’ weghda ohra elettorali, li jistendi l-iskema f'kull belt u rahal. Tajjeb jinghad li sal l-ahhar tal-2009 kien hemm 27 post gewwa Malta li kienu qed jibbenifikaw minn dan is servizz. Matul din is sena is-servizz gie estiz ukoll gewwa Ghawdex. Dan ifisser li kwazi 39,000 pazjent illum ghandhom anqas strapazz biex jotjenu l-medicini taghhom.

Ta’ min jghid ukoll li minn din is-sena il-Gvern zied 11-il medicina ohra li jinghataw b’xejn lill-pazjenti. Il-Gvern illum jiprovdi 1,316 medicini lill-pazjenti. Dan gew jiswew €22 miljun is-sena l-ohra biss, zieda ta’ aktar minn 6% fuq l-ispiza tas-sena ta’ qabel. Dan kollu jkompli juri li minkejja z-zmien difficli li ghaddejjin minnu, il-Gvern baqa jsostni s-sistema socjali ta’ pajjizna biex naghtu wens lil min ghandu bzonn.

Sep 2, 2010

Character assassination

L-assassinju tal-karattru mill-Oppożizzjoni Laburista reġa ħareġ fid-deher fl-aħħar jiem b’kampanja ta’ insinwazzjonijiet kontra s-Sur David Spiteri Gingell. Ħareġ ukoll l-element tant għal qalb l-esponenti tal-Oppożizzjoni, dak li bejn il-kliem u l-fatti hemm il-baħar jikkumbatti.

Fil-pubbliku l-Oppożizzjoni fil-passat dejjem tkellmet b’rispett dwar Spiteri Gingell. Fost kitbiet oħra, f’artiklu fil-Malta Independent tas-16 ta’ Settembru 2008, Leo Brincat kien iddeskriva lil Spiteri Gingell bħala bniedem kompetenti meta qal "A committee headed by a highly competent person like David Spiteri Gingell." Iżda malajr waqgħet il-maskra u fl-isforz biex ikomplu jħawdu l-qiegħa u jitfgħu t-tajn dwar il-kuntratt għall-estensjoni tal-power station, l-Oppożizzjoni, bdiet assassinju tal-karattru ta’ Spiteri Gingell. Leo Brincat qal li Spiteri Gingell "ghamel U-turn" fuq l-istrategija dwar l-emissjonijiet u li "dan jaghti lok ghal hafna thassib". Ipprova jinsinwa li Spiteri Gingell kellu xi interessi jaghmel din "il-bidla". Issa kif urejna bil-fatti fi stqarrija ma kien hemm l-ebda "U-turn" la minn Spiteri Gingell u lanqas mill-kumitat.

Leo Brincat jiskandalizza ruhu li Spiteri Gingell qed jaghmel "xoghol ta’ konsulenza ghal kuntrattur Nazzareno Vassallo". Issa kif spjega Spiteri Gingell ix-xogħol ittiehed mill-kumpanija (li hu jifforma parti minoritarja fiha) wara li din rebhet assignment wara li kkompetiet ma' kumpaniji ohra. Barra hekk ix-xoghol ittiehed wara li Spiteri Gingell kien irriżenja minn kull kariga li kellu mal-Gvern. Ix-xogħol involut huwa wieħed li jlaħħaq l-€4,000 u bl-ebda mod m’għandu x’jaqsam max-xogħol li Spiteri Gingell wettaq meta kien jokkupa kariga mal-Gvern.

Din hija s-serjeta’ ta’ Oppożizzjoni li lesta tgħaddi minn fuq kulħadd biex tilħaq l-għan tagħha. L-ghan taghha hu li tbezza lil dawk li lesti jaghtu servizz lil Gvern, biex dawn jibdew jibqghu lura milli jaccettaw li jassocjaw ruhhom ma' xoghol ghall-Gvern. Minn naha l-ohra mbaghad l-istess Opposizzjoni tghid li tqabbad konsulenti biex jghinuha tifformula posizzjonijiet, izda qatt ma tghid minn huma. Meta nikritikawha fuq dan jghidulna, inkluz Leo Brincat, "inkella tippersegwitawhom". Il-veru kaz li l-ispiżjar milli jkollu jaghtik!