Dec 31, 2010

Progett iehor fin-naha t'isfel !

F’Jannar se nifthu l-Park tan-Natura fi Xrobb l-Għaġin. Din hija zona verament sabiha lejn in-naha t’isfel ta’ pajjizna. Xrobb l-Ghagin hija bicca art forma ta’ lsien fuq il-bahar (peninsula) u fiha ‘l fuq minn 150 elf metru kwadru. Fuq parti minn din l-art originarjament kien hemm ir-relay station tad-Deutche Welle, li appena gie vakat spicca taht il-mira tal-vandali. Parti sostanzjali minn dik il-binja issa giet restawrata sabiex tilqa fiha centru ghall-apprezzament tas-sistemi ekologici ta’ pajjizna. Centru mghammar anke b’hostel li jista jilqa go fih mat-30 persuna. Dan se jaghti l-opportunita’ lil tfal u zghazagh iqattghu granet jghixu f’din iz-zona verament sabiha u fl-istess hin jsiru aktar konxji tal-wirt naturali ta’ pajjizna.

Dan huwa progett kongunt bejn il-Gvern u n-Nature Trust iffinanzjat b’fondi mill-EEA, mill-Gvern Norvegiz, il-Gvern Malti u anke l-HSBC. Dan huwa progett maqsum fuq tlett fazijiet. L-ewwel zewg fazijiet, li jinkludu t-thawwil ta’ madwar 15,000 sigra u c-centru se jitlestew fil-granet li gejjin, filwaqt li t-tielet fazi se tinkludi Centru ta’ Riabilitazzjoni ghall-Annimali tal-Bahar, liema centru jinfetah fl-2012.

Ic-centru se jaghmel uzu minn bosta energy efficiency features, inkluz l-installazzjoni ta’ sun pipes, l-installazzjoni ta’ trattament tad-drenagg halli l-ilma jintuza ghat-tisqija u l-ilma ghat-toilets, l-installazzjoni ta’ double insulation windows u l-generazzjoni ta’ energija nadifa permezz ta’ pannelli fotovoltaici halli nisfruttaw ix-xemx kif ukoll energija nadifa mir-rih permezz ta’ turbini.
Dan huwa progett ezempju ta’ x’jista jsir meta jinghaqdu flimkien Gvern, NGOs u Privat biex flimkien jahdmu ghal progetti ambjentali. Dan huwa ezempju iehor ta’ progett konkrett ghan-naha t’isfel ta’ Malta. Meta ftahna l-gnien ta’ Qui-si-Sana kien hemm bhas-soltu kritika li bhala Ministru naghmel biss progetti fuq il-kostitwenza tieghi. Ha niddikjara minn issa: Mhux se nkun kandidat fuq M’Xlokk elezzjoni ohra, allavolja ghamilt ukoll il-progett tal-promenade ta’ M’Xlokk li jkun it-tlett fazijiet tax-xoghol fuqu se jitlestew ukoll dalwaqt !

Dec 30, 2010

Lejn aktar uzu tal-gass

F’dawn il-jiem ta’ kalma relattiva, il-kwistjoni tad-distribuzzjoni taċ-ċilindri tal-gass kienet fiċ-ċentru tal-attenzjoni tagħna. M’inix beħsiebi nuża dan l-ispazju biex nidħol fil-mertu tal-kwistjoni anke għax il-Gvern diġa ddikjara li se jkun qed ikompli bid-diskussjonijiet fil-ġimgħat li ġejjin. Pero rrid nieħu spunt biex nitkellem fuq kif l-użu tal-gass jista’ jkompli jitwessa’ u jitjieb fis-snin li ġejjin.

L-użu tal-gass f’pajjiżna s’issa kien wieħed limitat. Fl-opinjoni tiegħi s-suq liberalizzat tal-gass għandu jwassal għall-iżvilupp ta’ swieq ġodda ta’ fejn jintuża l-gass, li f’ħafna każijiet joffri alternattiva li tirrispetta aktar l-ambjent. Biżżejjed insemmi oqsma bħalma hu l-autogas, l-installazzjoni ta’ gas storage kemm f’residenzi kif ukoll f’azjendi kummerċjali kif ukoll l-użu tal-gass biex jitħaddem apparat domestiku bħalma huma l-airconditioners. Dan kollu nistghu anke naghmluh bl-introduzzjoni ta’ gas networks fit-toroq taghna.

Sfortunatament ghad hemm biza xi kultant ghall-uzu tal-gass mill-konsumaturi. Fil-verita’ illum hafna mill-appliances ghandhom safety features hafna aktar minn adegwati. Ghad hemm biza ukoll ghall-hazna tal-gass f’reservoirs jew anke id-distribuzzjoni ta’ gass permezz ta’ pajpijiet. Fil-fatt hemm ferm anqas periklu f’hazna ta’ gass bhal din aktar milli l-hazna ta’ gass f’numru ta’ cilindri mqeghda hdejn xulxin.

Nittama li s-sena l-ġdida ġġib magħha l-iżvilupp ta’ dan is-suq tant importanti kemm gaħll-konsumaturi, għall-ambjent tagħna u għal pajjiżna. Biex naslu hemm, hemm bzonn ukoll li l-awtoritajiet jaghmlu l-ahjar taghhom biex jiffacilitaw dan l-izvilupp.

Dec 17, 2010

Ma jistghux jiccelebraw il-Milied

Filwaqt li ahna qeghdin niccelebraw dawn il-granet tal-Milied fil-kumdita' ta' djarna u l-knejjes taghna, naghmlu tajjeb li niftakru f'dawk l-insara madwar id-dinja li ma jistghux jiccelebraw din il-festa tant importanti ghax huma persegwitati bil-kbir. Fost dawn insibu lill-insara fl-Iraq li bhalissa ghaddejjin minn perjodu verament ikrah ta' persekuzzjoni mill-Musulmani. Bosta membri ta' din il-komunita' antika hafna fl-Iraq, sahansitra qed ikollhom ihallu pajjizhom ghax qed jisfaw attakkati fi djarhom jew anke fil-knejjes taghhom.

Nofs il-populazzjoni nisranija fl-Iraq, li sal-invazzjoni tal-2003 kienet tlahhaq kwazi mal-miljun u nofs diga halliet l-Iraq. Il-grupp Al Qaeda wissa li jrid jeqred lill-Insara "kull fejn jinsabu". Ix-xahar li ghadda kien hemm diversi attakki fil-belt kapitali Baghdad u l-belt ta' Mosul. L-armata tghid li "ftit tista taghmel" biex tiprotegi lil din il-komunita'. Effettivament hafna nsara jibzghu li l-armata stess hija komplici, u jekk mhux komplici zgur li mhux lesta tispicca fin-nofs ! Dan minkejja li l-kostituzzjoni Iraqqina titkellem fuq liberta' tal-espressjoni anke ghall-minoranzi etnici jew religjuzi.

Uhud mill-familji harbu lejn it-Turkija, is-Sirja jew il-Kurdistan. Ohrajn spiccaw jissakru fil-monasteri nsara. Familji shah spiccaw ippakjati fi spazji zghar fil-monasteri. Il-monasteru ta' San Mattew, wiehed mill-eqdem monasteri fid-dinja, spicca ppakjat bir-refugjati, fejn wiehed jista jsib sahansitra familja ta' 15-il persuna tghix f''kamra wahda ! Minkejja li fl-2008 il-Milied kien gie dikjarat bhala festa nazzjonali, hafna nsara jispiccaw jiccelebraw il-Milied b'mod klandestin. Is-sena li ghaddiet fil-belt ta' Kirkuk lanqas il-quddiesa ta' lejliet il-Milied ma setghet tigi ccelebrata ghax l-Insara kienu attakkati anke fil-knejjes taghhom.

Ghalhekk meta nkunu migbura ghall-ikla tal-milied din is-sena ejja nghidu talba wkoll ghal dawn l-insara, li bhalna jixtiequ jiccelebraw il-migja tal-Mulej fil-kwiet ta' djarhom izda ma jistghux.

Dec 16, 2010

Going electric

Il-bierah f’Lisbona ffirmajt ftehim ta’ kollaborazzjoni mal-Portugall fil-qasam tal-mobilita’ elettrika sabiex fix-xhur li gejjin nibdew naraw zviluppi li jwasslu ghall-introduzzjoni ta’ vetturi elettrici moderni fis-suq taghna. Fost affarijiet ohra ghandna naraw il-bidu tal-implimentazzjoni ta’ network ta’ charging points ghall-vetturi elettrici f’pajjizna.

Bhala rizultat tal-impenn tal-Gvern Portugiz, l-kumpanija Renault-Nissan ddecidiet li tuza minn tal-ewwel lil Portugal ghat-tnehdija tal-electric cars li behsieba tohrog fl-2011. Dalghodu kelli l-opportunita’ nsuq jien ukoll din il-karozza fit-toroq ta’ Lisbona. Hallietni tassew impressjonat. Ghandha drive verament smooth u verament spazjuza. Meta kont qed insuq waqaft ukoll hdejn wiehed mis-sensiela ta’ charging points li hemm fit-toroq ta’ Lisbona u ccargjajt il-karozza.

Is-sena d-diehla u s-sena ta’ wara hu mistenni li fuq is-suq internazzjonali jkun hawn ferm aktar vetturi elettrici simili fid-daqs u l-ghamla tal-vetturi konvenzjonali. Dan grazzi ghall-investimenti enormi li qeghdin jaghmlu l-manifatturi l-kbar tal-karozzi madwar id-dinja. Kumpaniji kbar bhal Renault/Nissan, Vauxhall, Mitsubishi, Chrysler/FIAT diga habbru li lejn l-ahhar ta’ din is-sena jew matul is-sena d-diehla se jpoggu fuq is-swieq internazzjonali numru kbir ta' electric cars godda.

Tajjeb infakkru li 16% tal-emissjonijiet kollha li nsibu f’pajjizna huma kkawzati mill-karozzi. Hu rikonoxxut li l-karozzi elettrici ma jiproducux exhaust u jikkontribwixxu biss terz tal-carbon dioxide tal-karozzi konvenzjonali.

Waqt laqgha bilaterali li kelli ma’ Carlos Zorrinho is-Segretarju tal-Istat Portugiz ghall-Energija u l-Innovazzjoni stajt ukoll nikkonferma u nara b’ghajnejja l-importanza tal-uzu ikbar ta’ generazzjoni ta’ energija minn sorsi alternattivi. Il-Portugall tipproduci madwar 45% tal-energija totali taghha minn dawn is-sorsi nodfa u ghandha t-target li sal-2020 tipproduci sa 60% minn dawn is-sorsi. Ovvjament ghandhom vantaggi fizici li ahna ma ghandniex.

Dec 14, 2010

L-akbar sodisfazzjon

“Prosit hafna - to you George and your team - we need more of these though. I took my son there this morning !”, “Makes you want to be a child again to be allowed to play there ! A far cry from the playing fields as I remember them”, “Great stuff went to see it today. I hope the security cameras work and that there will be no vandalism”, “I love it, it looks wonderful from our balcony. Well done”. Dawn kienu uhud mill-messaggi li waslu ghandi bhala text messages jew fuq Facebook wara l-ftuh tal-gnien gdid fi Qui-si-Sana.

Se nitrasmetti dawn il-messaggi lil haddiema kollha li hadmu fuq il-progett. Kienu huma li hadmu kontra l-hin u kontra t-temp biex dan il-gnien tlesta fil-hin. Ridna li jitlesta issa halli t-tfal ikollhom ic-cans kollu igawduh f’dan il-perjodu tant sabih tas-sena. Kien hemm hafna minn dawk li kienu jigu jaraw ix-xoghlijiet ghaddejjin li kienu jaqghtu qalbhom li nlestuh fil-hin, izda d-determinazzjoni tal-haddiema rebhet. Stajt nara fuq wicchom sodisfazzjon kbir meta bhali raw dawk il-mijiet ta’ tfal igawdu dan l-ispazju. Xi trid aktar minn hekk fil-hajja !?

Kummenti li jaghtuk kuragg biex inkomplu bil-hidma b’inizzjattivi simili f’lokalitajiet ohra. Sa sena ohra rridu nlestu wkoll Patting Farm gewwa Ta’ Qali u Water Park gewwa Bugibba. Izda l-akbar park progettat li ghandna huwa l-Park tal-Familja gewwa Wied il-Ghajn bejn ic-Centru tar-Riciklagg u r-Razzetta tal-Hbiberija. Ghandu jkun park iehor ta’ kwalita’.

Tama gdida f'Cancun

Wasalt lura mill-laqgha dwar it-Tibdil fil-Klima tan-Nazzjonijiet Uniti f'Cancun nhar is-Sibt. Ghallanqas imxejna bicca ‘l quddiem mis-sena l-ohra f’Copenhagen. Ghallanqas din id-darba d-diskussjonijiet saru fi spirtu miftuh specjalment fl-ahhar grabet. Kien hemm arja ta’ kompromess aktar milli arja ta’ konfrontazzjoni kif kellna sena ilu. Dan wassal biex ghallanqas finalment nispiccaw b’pakkett bilancjat ta’ decizzjonijiet posittivi. Din il-konferenza qed titqies bhala vot ta’ fiducja fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, li sena ilu hafna, inkluz jien, kellna dubji serji kemm tista twassal ghal xi rizultati.

Fil-verita ma wasalniex fejn xtaqna naslu, imma ghallanqas wasalna fuq statements u impenji cari. Ghall-ewwel darba kien hemm qbil li kemm il-pajjizi zviluppati kif ukoll dawk li qed jizviluppaw iridu jikkontribwixxu halli jonqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Kien hemm ukoll qbil fuq numru ta’ inizjattivi li se jwasslu ghal istituzzjonijiet godda: il-Cancun Adaptation Framework , l-Adaptation Committee, il-Green Climate Fund u t-Technology Mechanism.

Ma jfissirx li l-laqgha ta’ Cancun ma ddizzappuntatx. Sfortunatament bqajna minghajr binding targets ghat-tieni perjodu ta’ impenn ghal Protocol ta’ Kyoto ghall-pajjizi zviluppati. Irridu nispjegaw li pajjizi bhal Gappun kienu kontra li jikkommettu lilhom infushom jekk l-Istati Uniti u c-Cina jibqghu ma jikkommettux ruhhom ghal tnaqqis fl-emmissjonijiet huma wkoll. Lanqas ma kien hemm qbil fuq azzjoni f’setturi specifici bhal dak agrikolu, marittimu u avvjazzjoni. Ahna dejjem sostnejna li mhux gust li l-piz jintefa biss fuq vapuri registrati f’certi pajjizi, imma ghandu jkun hemm equal playing field. Imma ghallanqas il-laqgha f’Cancun tat tama gdida. Kien hemm qbil li jehtieg inkomplu nahdmu halli forsi fl-laqgha tas-sena d-diehla fl-Afrika t’Isfel naslu ghal ftehim li jkun comprehensive legally-binding.

Dec 7, 2010

Kontribuzzjoni ghal anqas imwiet

Wasalt f’Cancun, il-Messiku il-bierah bil-lejl ghal Konferenza ohra fuq it-Tibdil fil-Klima. Sena wara l-Konferenza dizappuntatanti ta’ Copenhagen. Imma f’dik il-konferenza ghallanqas il-pajjizi zviluppati kienu rabtu lilhom infushom li jiprovdu b’finanzjament addizjonali, msejjah “fast-track”, halli nghinu lil dawn il-pajjizi jirrispondu ahjar ghat-Tibdil fil-Klima. Ovvjament ahna rbatna lilna nfusna li nikkontribwixxu €800,000 ghal tlett snin. Ghalhekk kif wasalt Cancun dalghodu stess ikkontribwejna b’€125,000 lill-Global Alliance for Clean Cookstoves, inizzjattiva tal-Fondazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.

Il-Global Alliance for Clean Cookstoves hija public-private initiative, li l-ghan huwa li jghin familji foqra jibdlu l-istufi (cookstoves) antiki u perikoluzi b’ohrajn moderni u nodfa. Ta’ min jgħid illi stufi tradizzjonali u nirien fil-miftuħ huma l-ghodda principali ghat-tisjir għal kważi tlett elef miljun persuna fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Id-dħaħen minn dawn il-mezzi jwasslu għall-mewt ta’ madwar 1.9 persuna fis-sena f’eta’ zghira. In-nisa u t-tfal huma l-aktar milquta. Dawn jikkawzaw ukoll firxa ta’ mard kroniku fuq miljuni ohra. Tfal u nisa jgħaddu numru ta’ sigħat fil-gimgħa jiġbru l-injam għall-istufi u nirien, ġieli b’periklu kbir għal ħajjithom. Barra minn hekk dawn l-istufi jew spiritieri inefficjenti jikkontribwixxu għat-tibdil fil-klima billi jemettu hafna carbon dioxide.

L-użu ta’ fran u karburanti nodfa jistghu għalhekk inaqqsu b'mod drammatiku ukoll il-konsum ta’ fuel li jikkaguna danni fuq is-sahha tal-persuni li jkunu jridu juzawhom. Il-Global Alliance for Clean Cookstoves qed taħdem sabiex 100 miljun djar f’pajjiżi li qed jiżviluppaw ikollhom stufi nodfa u effiċjenti sas-sena 2020. Malta, permezz tal-kontribuzzjoni tagħha, ngħaqdet ma’ pajjiżi oħra, kumpaniji u organizazzjonijiet internazzjonali sabiex jgħinu l-Alliance ssalva l-ħajja tan-nies f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, ittejjeb ħajjithom, tghin lin-nisa jiddedikaw aktar hin mal-familja u tiġġieled l-bidla fil-klima.

B’din l-inizjattiva ghallanqas se naslu biex nitraducu d-diskors sabih ghall-ghajnuna lil pajjizi foqra b’mod prattiku. Jien u Tonio Borg ridna li nkunu certi li dawn il-flus tal-poplu Malti jintuzaw b’mod tajjeb u b’mod effettiv. Definittivament dan huwa ezempju tajjeb li se jhalli effett posittiv konkret.

Dec 2, 2010

Gnien iehor ta' kwalita'

Ix-xogħlijiet fuq il-proġett tal-ġnien il-gdid gewwa Qui-si-Sana f’Tas-Sliema huma fi stadju avvanzat u fil-fatt qed nipjanaw li nifthuh dan ix-xahar. Kien hemm bżonn li f’din iż-żona urbana ta’ Tas-Sliema nerġgħu nagħtu lura lil-poplu spazju rikreattiv ta’ kwalita'. Il-gnien li kien hemm qabel definittivament ma kienx wiehed li jixraq lil dik iz-zona, li rat fiha tant investiment mill-privat fl-ahhar 20 sena. F’sentejn se nkunu tajna lil komunita’ Slimiza u lil kull min iżur din iz-zona Pjazza Sant’Anna, kif ukoll promenade u Ġnien gdid fi Qui-si-Sana.

Dan il-ġnien qed jinbena f’forma ta’ benniena biex jilqa’ għal-irjiħat li jaħkmu minn fuq in-naħa tal-baħar. Fil-granet li gejjin il-ġnien se jibda jinkesa bit-turf. Sabiex inkunu nistghu inmantnu dan it-turf anke fix-xhur shan tas-sajf, inbnew 3 gibjuni kbar taħt il-ġnien li għandhom kapaċita’ li jilqgħu fihom mal-1,000 metru kubu kull wieħed. Il-gnien se jkun mghammar bi play equipment ghat-tfal ta’ etajiet differenti kif ukoll b’outside gym equipment u 3 funtani.

Tajjeb pero li wieħed japrezza ix-xogħol kollu li sar li hafna drabi ma jkunx evidenti ghal ghajn, allavolja jkun ikkonsma hafna hin. Il-haddiema tat-Taqsima tax-Xoghlijiet fi hdan il-Ministeru għamlu pedamenti tal-konkos rinforzat taħt il-promenade b’tul ta’ madwar 1 kilometru, skavar ta’ trinek għal diversi servizzi, bini tal-gibjuni, inkluż tqegħid ta’ numru kbir ta’ pajpijiet fuq tul ta’ madwar 4.8 kilometru.

Il-gnien originali kien fuq area ta’ madwar 5,000 metru kwadru, filwaqt li l-gnien il-gdid hu mifrux fuq area ta’ madwar 8,000 metru kwadru. Il-proġett tal-ġnien flimkien max-xogħol fuq il-promenade ta’ Qui-si-Sana sar b’investiment ta’ €2 miljun. Dan l-investiment mhux biss se jitgawda mis-Slimizi u dawk il-maltin li jzuru din iz-zona imma se jkompli jgholli l-prodott ta’ pajjizna f’din iz-zona turistika.