Jun 15, 2011

9% mhux 40%

Illum kellna centre-page f’The Times bl-ucuh tal-Membri Parlamentari kollha, distrett distrett, u b’persentagg ta’ seduti li suppost konna assenti ghalihom mill-bidu tas-sena. Jien favur l-accountability. Nifhem ukoll li l-media li topera f’demokrazija bhal taghna ghanda dritt u dmir tirraporta l-attendenza tal-Membri fil-Parlament. Hdejn ir-ritratt tieghi kien hemm miktub Assenti 40%. Veru li f’kantuniera kien hemm il-kliem “MPs are only marked as excused if they are away on parliamentary duty. This does not include official executive duty of ministers and parliamentary secretaries. MPs who are abroad on party business or who are sick are also marked as absent.”

Fil-kaz tieghi kont 17-il darba imsiefer fuq xoghol tal-Ministeru. Hafna drabi kont qed nattendi l-Kunsill tal-Ministri Ewropej. Jien nattendi tlett Kunsilli tal-Ministri: 1.dak tal-Agrikoltura u Sajd, 2.Energija u 3.Tibdil fil-Klima. Irrid nghid ukoll meta nkun il-laqghat tal-Ministri xorta nkun qed naghmel dmiri lejn il-Parlament meta nkun qed niprepara t-twegibiet ghall-mistoqsijiet parlamentari.

Dan ifisser li fir-realta’ ma attendejtx biss ghal 9 seduti waqt li kont Malta. U kien hemm okkazzjonijiet fejn ma attendejtx ghax kelli xoghol iehor marbut mal-Ministeru, bhal naghmel diskors fil-Mini European Assembly, jew nattendi public lecture ta’ professor belgjan li gibnih Malta biex jitkellem fuq it-Tibdil fil-Klima, jew kelli press briefing dwar l-irziezet tal-baqar f’pajjizna. Ma kontx qed nilghab imma naqdi dmiri wkoll.

Dan ifisser li kont assenti biss ghal 9% tas-seduti u mhux 40% li hadu l-impressjoni l-qarrejja llum tat-Times. Kieku ndaga ftit il-gurnalist kien jaghti stampa ferm aktar veritiera tal-attendenza tieghi u ta’ dawk il-Ministri u Segretarji Parlamentari li jsiefru fuq xoghol ufficjali. Is-sistema li tintuza bhala rassenja mhijiex gusta u taghti stampa zbaljata tal-impenn tal-membri parlamentari li jifformaw parti mill-Ezekuttiv. Hemm bzonn li s-sistema tkun aktar ugwali. Jekk deputat, li mhux Ministru, isiefer f’delegazzjoni parlamentari s-sistema tirrikonoxxih imam jekk deputat tal-Kamra hu Ministru u jsiefer fuq xoghol tal-Gvern, is-sistema tghid li hu assenti. Din mhux gustizzja.

No comments: