Jun 9, 2011

Nitrattaw id-drenagg kollu.

Il-gimgha l-ohra kont mistieden ghall-ftuh tal-impjant tat-tisfija tad-drenagg fl-inhawi ta’ Barkat (ix-Xaghjra, Malta) imma peress li kont imsiefer ma stajtx immur. Mort il-bierah u tpaxxejt. Tpaxxejt mhux biss ghax l-impjant hu gdid u tal-ahhar teknologija imma ghax meta thares lejn il-bahar ikhal quddiemek ma tarax dik it-tebgha ta’ drenagg li tant kienet tikkaratterizza l-inhawi minhabba id-drenagg li kien jintrema dirett fil-bahar. Issa Malta qed titratta d-drenagg kollu li tiggenera qabel titfghu l-bahar ! Il-kosta hdejn l-impjant l-gdid tal-WSC tirrispetta l-Bathing Water Directive ukoll u wiehed jista jghum facilment hemmhekk.


Pajjizna qed jaghmel passi kbar, jikseb success wara l-iehor, fl-oqsma ambjentali varji. Snin ta’ politika sahna u vizjoni cara li mhux biss irrezistit l-kritika imma halliet il-frott. Investiment konkret li ser ihalli kwalita ta’ hajja ahjar ghal kull wiehed u wahda minna u ghal min izurna. L-impjant hu maqsum fuq 3 fazijiet. Il-materjal jidhol f’pumping station fejn minn hemm jigi trasferit fi struttura fejn jitqatta u jissaffa miz-zjut, l-grit u materjal iehor. Minn hawnhekk il-materjal jghaddi ghal go struttura kbira fejn tiddahhal l-arja u sahansitra hemm processi ta’ nitrifikazzjoni u di-nitrifikazzjoni halli jsir it-trattament bijologiku.



Dan kollu jwassal sabiex dak li jibqa, igifieri 2000 tunnellta fis-siegha ta’ ilma, jigi mormi kilometru l-barra fil-bahar. F’dan l-istadju l-ilma jkun ghadu mhux tajjeb ghall-konsum principarjament minhabba l-koncentrazzjoni ta’ melh li jkollu. Il-parti solida, li tissaffa minn dik likwida, tigi ffermentata f’digestors minn fejn tigi ggenerata energija nadifa. L-impjant jahdem b’din l-energija stess ! L-entuzjazmu tas-CEO, l-Ing Marc Muscat, jixhed li dan hu biss l-ewwel pass. Hemm vizjoni shiha ta’ x’ghandu jsir b’dan l-ilma li qed jithalla jmur il-bahar. Jonqos investiment li ser jghin lil Malta jkollha sors ta’ ilma nadif. Baqa’ x’isir pero l-impenn politiku hemm qieghed. Fil-granet li gejjin il-Gvern ser ikun qed ihabbar progett li ghandu jghin sabiex dan isehh.

No comments: