Jun 17, 2011

Opportunita' ta' riflessjoni

Partit politiku haj u dinamiku bhal ma hu l-partit nazzjonalista jghaddi minn mumenti mhux differenti minn dawk fil-hajja ta’ kull bniedem. Izda bhal fil-hajja ta’ kull bniedem, il-mumenti li jidhru l-aktar difficli, li jesigu l-aktar riflessjoni huma l-mumenti ta’ opportunita’ aktar minn ohrajn. Huma l-mumenti li wiehed jinzel fil-fond tal-qalb u jfittex dak li jaghmlu dak li hu izda b’harstu lejn kif jista’ jkun ahjar, aktar b’sahhtu, aktar f’paci mieghu innifsu.

Fil-Kunsill Generali li se jiltaqa dan il-weekend ghandna quddiemna bhala partit l-opportunita’ li nifhmu l-bidliet kbar li gibna fil-pajjiz mill-1987: LIBERTA’, FTUH, OPPORTUNITAJIET. Ma nkunux qeghdin nonfhu lilna nfusna meta nghidu li ahna bdilna dan il-pajjiz. Pajjiz msejjes fuq liberta’ u partecipazzjoni f’kull qasam. Fuq kollox mentalita’ moderna fejn nesigu l-kwalita’ f’kollox – mill-isptar sat-triq u l-gnien, mill-impjiegi sal-iskola li mmorru ahna jew nibghatu lill-uliedna. Bdilna u nbdilna. U jehtieg li nifhmu aktar il-bidliet li gibna b’idejna. Bnejna socjeta’ ferhana li ma tiddependiex fuqna l-politici ghal hafna mill-affarijiet li sa ftit snin ilu riedet titkarrab ghalihom lill-Ministri. Bnejna socjeta’ b’edukazzjoni mifruxa li llum kapaci tfendi ghal rasha u taghmel l-ghazliet taghha. Tawna socjeta’ mbezza u mjassra u biddilniha f’socjeta’ matura u emancipata.

Ghandna l-opportunita’ nifhmu li l-mument li qeghdin fih hu mument kbir ghad-demokrazija li gibna f’pajjizna mill-1987. Mhux talli ma nmorrux kontra r-rieda tal-elettorat, mhux talli ma noqghodux xi hames snin u nofs kontra r-rieda cara tal-maggoranza f’elezzjoni generali, talli ghandna prim ministru li qed jara li ligi li ma jaqbilx maghha, tghaddi mill-Parlament skond ir-rieda tal-maggoranza tal-poplu. Ghandna opportunita’ nifhmu x’inhi l-liberta li nemmnu fiha. Fejn kull bniedem, kull minoranza, imqar ta’ wiehed, tesprimi ruhha u tagixxi fuq il-fehma genwina taghha. Il-prim ministru tana vot hieles fuq il-ligi tad-divorzju. Imma hawn min qed jippretendi li min ta vot hieles m’ghandux vot hieles hu! Din x’liberta’ hi? Dawn x’liberali huma ?

Ghandna opportunita’ ukoll nifhmu l-kuntest, l-istampa usa’. Dak kollu li qed jigri madwarna lil pajjizi li konna nghiru ghalihom. Il-Grecja f’xifer il-falliment, Spanja b’ghexieren t’eluf ta’ zghazagh qeghda, il-Portugall b’mizuri kbar ta’ awsterita’. Il-media taghna tista’ taffordja li jum wara jum ikollha fl-ewwel pagni kif se jivvota xi deputat jew iehor fuq il-ligi tad-divorzju jew stejjer ohra li ghalkemm jista jkunu mportanti ghalina, meta mqeghda quddiem il-kuntest ta’ realta’ ta’ dinja u mhux kuntest ta’ gzira, huma relattivament sekondarji. Fuq kollox ghandna opportunita’ biex nifhmu wkoll x’irridu nkunu ahna bhala partit fis-snin li gejjin. Ahna partit tan-nazzjon kollu. Id-dar taghna hi dar kbira u rridu nzommu l-bibien miftuha kif dejjem ghamilna ghal opinjonijiet differenti izda b’mira u programm wiehed. Il-Bniedem l-Ewwel...kull bniedem. Fuq kollox irridu ngharfu nsahhu lil dan il-partit sabiex jibqa l-aqwa agent tal-bidla vera f’pajjizna.

No comments: