Aug 5, 2011

Djalogu miftuh

Nhar l-Erbgha ergajt kont mistieden nindirizza il-Kunsill Generali tal-UHM. L-ahhar li kont indirizzajt dan il-Kunsill kien xi sentejn ilu. Tajt harsa lejn il-hidma tal-Ministeru tieghi, l-investimenti principali li qed naghmlu u dak li hu ppjanat li naghmlu fix-xhur u s-snin li gejjin specjalment fi progetti ta’ tisbih, fir-restawr, fl-immanigjar tal-iskart u fl-infrastruttura ghall-energija minn sorsi nodfa u ohrajn konvenzjonali. Meta tigbor l-affarijiet flimkien, anke jien nimpressjona ruhi x’hidma kbira qed naghmlu. Fil-presentazzjoni tieghi spjegajt ukoll li dan l-investiment ghandu relevanza ekonomika u soċjali kbira.

Wara l-presentazzjoni tieghi kien hemm diskussjoni miftuha tajba hafna. Il-mistoqsijiet li saruli kienu ffukati u nteressanti hafna. Wiehed mill-interventi ffoka fuq il-generazzjoni ta’ green jobs f’pajjizna. Saret enfasi minn wiehed mid-delegati li l-investiment li qed isir fil-qasam tal-immanigjar tal-iskart u l-energija nadifa b’mod specjali qed jaghtu zvogg ghall-impjieg ta’ persuni b’hiliet differenti. F’dan l-ifond tkellimna dwar l-ghajnuniet li l-Gvern jaghti lill-familji u l-industrija biex jinvestu f’energija nadifa. Dawn l-incentivi qed jghinu biex jinholqu aktar impjiegi f’dan il-qasam, tant li fl-ahhar snin pajjizna ra zieda fin-numru ta’ kumpaniji li qed ipoggu fis-suq prodotti efficcjenti fl-energija. Mistoqsija ohra ffukat fuq l-ghazliet li jrid jaghmel pajjizna biex il-volum ta’ skart separat jkompli jizdied ghax mhux gust li bosta qed jaghmlu l-isforz u ohrajn ma jindenjawx jaghmlu l-parti taghhom. F’dan ir-rigward thadditna dwar incentivi jew forsi disincentivi li pajjizna jista jikkonsidra li jaddotta.

Din il-laqgha kompliet tikkonvincini kemm hu mportanti li nzommu djalogu haj mal-partijiet socjali, specjalment ma’ union importanti bhal UHM, mhux biss f’forum formali bhal MCESD fejn jigu raprezentanti tal-partijiet socjali, izda b’mod aktar wiesa mad-delegati taghhom. Hu fl-interess taghna li naghmlu dan sabiex ingibu feedback anke fuq l-idea li nkunu qed nsawru.

Hadt l-okkazzjoni wkoll biex ninkwadra l-hidma tal-Ministeru tieghi u tal-Gvern fl-isfond tas-sitwazzjoni ekonomika mhux biss ta’ pajjizna izda dik ewropeja u dinjija. Meta wiehed iqis il-maltemp li ghaddej madwarna u jhares lejn l-andament ta’ pajjizna, bilfors jasal ghall-konkluzzjoni li pajjizna ghadu qed jiggenera gid sostanzjali, izda rridu noqghodu b’sebgha ghajnejn u nagixxu b’ghaqal f’dan il-mument sensittiv biex inkomplu nissalvagwardjaw l-impjiegi u noholqu opportunijiet godda ta’ xoghol.

No comments: