Aug 9, 2011

Gharghur u Exiles - investiment fl-isports

Nhar il-Hadd attendejt għall-inawgurazzjoni tal-ground tal-football ġdid fil-lokalita’ tal-Għargħur b’pitch sintetiku ġdid ta’ kwalita’ u b’facilitajiet ohra godda. Dawn il-facilitajiet godda ikomplu jaghtu stimolu gdid lil kemm lir-rahal kif ukoll lill-klabb tal-futbol li ghadu kif rebah il-kampjonat. Wara l-inawgurazzjoni stajt nara flimkien mal-Prim Ministru presentazzjoni li juri kif kien il-club qabel u pass pass kif sar ix-xoghol. Bi ground li kienu kwazi mizbla illum ghandhom ground mill-isbah. Apparti certu xoghol li sar mit-Taqsima tax-Xoghlijiet, hafna mix-xoghol sar mill-volontiera. Il-Gvern għamel arranġament mal-MFA biex isir investiment ta’ €2 miljun għall-bini ta’ 16-il pitch ġdid tal-football b’turf sintetiku.

Nhar il-Hamis il-Prim Ministru se jinawgura wkoll il-binja gdida tal-club tal-waterpolo tal-Exiles f'Tas-Sliema. Binja tal-aqwa livell u kwalita’. Meta nzilt hemm ftit tal-granet ilu mhux biss ammirajt il-facilitajiet izda ammirajt fuq kollox id-determinazzjoni tal-President u shabu biex jidhlu ghal bicca xoghol ambizzjuza bhal din u jwettquha. Dan huwa club li ghex dejjem fid-dell ta’ clubs ohra gganti bhas-Sliema, Neptunes u San Giljan u ghalhekk dan l-investiment iwiehed irid japrezzah aktar. F’mumenti bħal dawn tapprezza bla ma trid il-ħidma volontarja ta’ dawn il-membri li jiddedikaw ħafna mill-ħin tagħhom għal ġid tal-komunita’ u l-isports !

Ir-rata ta’ parteċipazzjoni f’dixxiplina sportiva f’pajjiżna meta mqabbel ma’ dik tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea hi waħda tajba ħafna. Stħarriġ tal-Eurobarometer juri li 40% taċ-ċittadini tal-UE jipprattikaw xi sport tal-anqas darba fil-ġimgħa. Il-persentaġġ ta’ Malta f’dan ir-rigward ilaħħaq it-48%. Illum aktar minn 10,000 tifel u tifla qed jipparteċipaw f’wieħed mit-8 programmi sportivi mtella’ mill- Kunsill Malti għall-Isports.

Matul l-ahhar snin sar investiment massicc fil-facilitajiet sportivi mifruxa madwar pajjizna. Il-Gvern f’dan il-qasam ukoll investa bil-kbir. Biss biss wiehed irid isemmi li l-Gvern jagħti lill-għaqdiet sportivi għajnuna finanzjarja li tlaħħaq il-€5.5 miljun permezz ta’ 25 skema differenti. Barra hekk daħħalna skema ġdida li permezz tagħha ġenituri li jibgħatu t-tfal f’nurseries jew akkademji sportivi jħallsu anqas income tax. Ir-riżultat ta’ dan kollu hu livell t’għixien aktar b’saħtu għall-uliedna u l-komunita’. Qabża fil-kwalita’ tal-ħajja tan-nies.

1 comment: