Aug 15, 2011

Lejn efficjenza akbar

F’dawn il-granet kelli opportunita’ nzur is-sistema centralizzata ta’ cooling u heating li l-kumpless MIDI installa dan l-ahhar. Hija sistema li tkessah jew issahhan l-arja skond il-bzonn billi ticcirkola l-ilma li jigi mkessah jew msahhan minn impjant li gie installat taht l-art.

Is–sistema taqdi 250 appartament , 45,000 metru kwadru ta’ stabbilimenti kummercjali u l-ispazju kollu ta’ ufficcji ta’ dan il-kumpless. B’hekk ma hemmx htiega li jkunu nstallati air conditioners f’kull appartament/stabbiliment kummercjali/ufficcju bic-cans ta’ mpjanti mal-faccati jew fuq il-bjut. B’hekk wiehed jevita wkoll il-hsejjes li units ta’ air conditioning normalment jiggeneraw.

L-akbar vantagg ta’ sistema bhal din hija l-efficjenza fil-konsum. Hu kkalkulat li r-residenti jifrankaw bejn 25 u 30% fl-ispejjez biex ikesshu u jsahhnu l-arja tal-ispazju taghhom. Apparti il-vantagg ta’ nuqqas ta’ manutenzjoni. Barra minn hekk filwaqt li l-average lifespan ta’ sistema ta’ arja kundizzjonata hija ta’ madwar 10 snin, sistema centralizzata bhal din ma tinbidilx qabel 25 sena ohra. Vantagg iehor huwa t-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ CO2 fl-arja. Fil-fatt hu kkalkultat li jkunu ffrankati ‘l fuq minn 4,000 tunellata ta’ CO2 fis-sena, ekwivalenti ghal kemm jitfghu fl-arja CO2 madwar 800 karozza fis-sena.

Waqt li kont qed inzur dan l-impjant tlabt lill-inginiera tal-impjant jorganizzaw zjarat lill-komunita’ ta’ inginiera lokali kif ukoll kuntratturi biex jaraw huma wkoll dan l-impjant u l-vantaggi li dan joffri. Ghandna bzonn li best practices bhal dawn isiru aktar maghrufa halli haddiehor jithajjar jiehu inizjattivi simili u jimplimenthom ghar-realtajiet tieghu.

No comments: