Aug 22, 2011

Xoghol delikat fuq is-swar tac-Cittadella

Tul dawn l-aħħar sentejn kienu qed isiru l-istudji kollha biex jigi stabbilit il-livell ta’ deterjorazzjoni li qed jaffettwaw is-swar taċ-Ċittadella. Mbaghad minn Jannar ta’ din is-sena nbeda x-xogħol ta’ restawr fuq dan is-sit storiku importanti. Bħalissa, għaddej ix-xogħol fuq il-bastjun ta’ San Mikiel li jkopri l-medda tas-swar li jħarsu lejn il-belt tar-Rabat. Fil-ġranet li għaddew zort mal-Ministru għal Għawdex biex naraw il-progress tax-xoghol.


It-tip ta' hsara fil-gebla huwa kemmxejn differenti minn dak li sibna fis-swar l-ohra tal-Imdina, Birgu u l-Belt Valletta. Dan minhabba l-aktar il-kwalita' tal-gebla li biha nbnew dawn is-swar. Filfatt il-gebla tac-Citadella hija kkaratterizzata minn alveolar deterioration (fejn partijiet tal-gebla jkunu mikula hafna u fil-fond). Dan qed jirrikjedi xoghol partikolari ta' tishih. Dan wassal ghall-amont aktar ta' xoghol.


Issa se jinbeda x-xoghol fuq il-kumplament tas-swar li jħarsu lejn it-Tramuntana, jigifieri l-parti li thares lejn iz-Zebbug. F’dan il-każ, minbarra r-restawr fuq il-gebla tas-swar, se jsir xoghol ta' konsolidament tal-blat li fuqu hi mibnija din il-medda ta’ swar. Minħabba l-karatteristiċi ġeoloġiċi tiegħu dan il-blat fih hafna konsenturi li setghu jwasslu ghall-kollass tal-istess swar hekk kif partijiet mill-blat jcedu. L-istudji li saru tul dawn l-aħħar sentejn wasslu biex jiġi ddisinjat ankoraġġ tal-blat instabbli, liema xoghol issa se jinbeda fil-gimghat li gejjin. Minn fuq is-swar tac-Cittadella, kif qed isir fil-bliet l-ohra, l-Enemalta qed tnehhi cables u wires li kienu mhux biss qed ikerrhu s-swar imma anke jikkawza hsarat. Sal-2013 se jiġi rrestawrat kilometru ta’ swar li fuqu hi mibnija ċ-Ċittadella b'investiment ta’ €3.3 miljun.


Jekk wieħed iżur il-Belt, l-Imdina, il-Birgu u ċ-Ċitadella Ghawdex diġà jista jibda jara r-riżultati ta’ dan il-proġett estensiv ta’ restawr. Bejniethom, dawn l-erba’ proġetti ta' restawr fl-erba’ bliet ser jinvolvu restawr ta’ madwar 135,000 metru kwadru ta’ faċċati ta’ swar fuq tul ta’ madwar 6 km ta’ fortifikazzjonijiet, bi stima totali ta’ madwar 36 Miljun Ewro. Bi 85% fondi mill-Unjoni Ewropea u 15% minn fondi nazzjonali.

No comments: