Sep 21, 2011

Electric style

Waqt il-laqgha fil-Polonja tal-Ministri Ewropej ghall-Energija haduna fuq electric hybrid coach b’kapacita’ li ggorr madwar 37 persuna u b’batterija li sservi ghal vjagg ta’ mhux anqas minn 100km . Esperjenza interessanti fuq wahda mill-ewwel coaches kbar zviluppata fil-Polonja stess mill-kumpanija Solaris.

Bhalissa fil-Frankfurt Motor Show hemm numru qawwi ta’ karozzi elettrici godda. Ghall-ewwel darba f’din il-Fiera hemm sala dedikata biss ghall-electric vehicle technology. Fiha hemm jesibixxu kumpaniji bhal Daimler, Opel, Renault u Mitsubishi li qed joffru karozzi bi prezzijiet vicin dawk ta’ karozzi konvenzjonali. Hemm ukoll prototype electric vehicle tal-BMW mill-isbah li se tkun fuq is-suq fl-2013. Aktar ma jghaddi z-zmien is-suq qed jizviluppa generazzjoni ta’ vetturi elettrici li jersqu vicin hafna tal-kumditajiet li wiehed isib f’karozzi konvenzjonali. L-izvilupp f’dan il-qasam ahna gharafnih u kien ghalhekk li hadna inizjattiva biex inkunu pro-attivi.

Kif diġa’ tħabbar, l-iStrateġija Nazzjonali ta’ pajjizna rigward il-vetturi li jaħdmu bl-elettriku tinsab fl-aħħar stadju tagħha wara li saret konsultazzjoni mal-importaturi lokali tal-karozzi. Dalwaqt inniehdu wkoll il-proġett “DemoEV”. Dan il-proġett ser jiswa madwar €1.9 miljun grazzi għall-fondi tal-LIFE+ Programme tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fondi nazzjonali.

"DemoEV” se jghinni nfehmu lill-pubbliku ahjar l-importanza u l-potenzjal ta’ vetturi aktar li jiggeneraw ferm anqas tniggiz. Grazzi għal dawn il-fondi ser jinxtraw 24 vettura elettrika li ser jiġu intużati mill-Gvern, minn xi kumpanniji privati, kif ukoll mill-pubbliku. Barra hekk, ser ninstallaw ukoll 100 charging point pubbliku għall-użu tal-pubbliku. Wara s-sejha ghall-informazzjoni li hrigna f'Lulju li ghadda, b'sodisfazzjon nghid li xejn inqas minn 40 kumpannija urew interess f'dan il-progett; 17 minnhom biex jiprovdu vetturi elettrici. Dan zgur jawgura tajjeb ghall-futur ta' dan il-progett.

No comments: