Dec 30, 2011

Aktar progetti ta' kwalita' fl-2012

Dan hu żmien tajjeb biex wieħed iħares lejn dak li jkun wettaq matul is-sena li qed tintemm u fl-istess waqt iħares lejn dak li jrid iwettaq fis-sena li tkun se tibda. Ħarsa lejn dak li wettaq il-Ministeru tiegħi fl-2011 fil-qasam biss tal-progetti ta' tisbih timlik bil-kuragg ghall-hidma fix-xhur li gejjin. Komplejna naghtu lill-pubbliku progetti ta' kwalita'. Kemm permezz ta' progetti ta' restawr kif ukoll permezz ta' progetti ta' spazji godda.

Bizzejjed insemmi r-restawr tal-Kappella ta' Santa Katerina fil-Belt Valletta, l-Arlogg ta' Pinto fil-Palazz il-Belt, tas-Saluting Battery fil-Barrakka ta' Fuq fil-Belt u l-hafna partiiet mis-swar tal-Belt, Imdina, Birgu u Cittadella. Matul l-ahhar sena tlestew bosta progetti ta' tisbih fosthom il-progett tax-Xatt ta' M'Xlokk, ta' Triq Bisazza f'Tas-Sliema, tal-Gonna tal-Kcina tal-Palazz ta' Sant'Anton, tal-Park u Centru ta' Xrobb l-Ghagin.

Matul is-sena d-diehla hemm bosta progetti ohra li jridu jitlestew, uhud minnhom diga nbeda x-xoghol fuqhom filwaqt li ohrajn mistenni jibda x-xogol fuqhom fil-gimghat li gejjin. Fost dawn insibu r-restawr tas-Salini, ir-restawr ta' tlett irziezet antiki fil-Buskett, it-tlestija tar-restawr tal-faccati tal-Palazz fil-Belt kif ukoll dawk tal-Berga ta' Kastilja, il-ftuh tac-Centru Interattiv fuq il-Fortifikazzjonijiet li qed isir fi Biagio Steps, il-ftuh ta' Petting Farm fil-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali, il-Waterpark f'Bugibba, it-tisbih ta' Piazza Spinola f'San Giljan, il-bini ta' Centru Civiku u Gnien Pubbliku fis-Swieqi u t-tkomplija tas-tisbih taz-zona kummercjali ta' Tas-Sliema inkluz ix-Xatt.

Fis-sena 2012 li se nkomplu naħdmu fuq Park ghall-Familja f'Wied il-Għajn fiz-zona fejn fis-snin sebgħin kienet isservi bħala miżbla. Dan se jkun park mill-isbah b'daqs ta' art li jidhlu fiha madwar 20 pitch tal-futbol. Ahna determinati li nkomplu nghollu l-kwalita’ tal-ħajja tal-poplu taghna anke billi nkomplu noffru progetti ta' kwalita' mifruxa ma' pajjizna. Meta d-dinja għaddejja mill-agħar perjodu fl-ekonomija tagħha minn wara l-Gwerra ‘l hawn, ma kienx faċli li l-Gvern tagħna jkompli jinvesti bil-qawwa biex jkompli jibdel pajjiżna kuljum. Bqajna ninvestu u hekk se nkomplu nagħmlu.

2 comments:

Pawlu said...
This comment has been removed by the author.
Pawlu said...

Ma tkunx gust jekk tghid li il-Koperattivi gew bi proposti mhux konkreti. Ma nixtieqx li nkomplu bil-batibekki fuq il-media.

Ta min jinota li anke ix-xjentisti inotaw nuqqas ta rapporti xjentifici. Kullhadd irrid jerfa ir-responsabilita tas-sitwazzjoni li qedien fija illum.

Ghaqda Koperattiva tas-Sajd ghal darba ohra qeghda tafferma kif diga iddikjarat qabel ma tindahhal xejn fit-tibdil li sar.

Jekk irridu nghidu il-verita din il-Koperattiva ilha zmien tiprepara
ghal isfidi tal-gejjieni. Huwa minnu ukoll li sibna kolaborazjoni min nies tal-Ministeru.

Il-problemi inqalghu wara li MRRA kellu twissijiet mil-Koperattivi li dak ir-rapport ser iffarak lis-sajjieda. Aktar min hekk il-proposti li saru ma hummiex ser ikunu effetivi ghal-sajd sostenibli. Dan ippruvajnieh u jekk tistaqsu ix-xjentisti jistghu jghidulkom li kien hemm min baghbas id-data.

Ghalhekk nixtieq li il-kliem li gejna minghajr proposti konkreti ma tuzahx aktar u nistiednek sabiex flimkien mal-Koperattivi insibu soluzzjoni. Thalliex hsibijiet itellfulhek il-koncentrazzjoni. B'hekk biss nistghu naslu ghal-ftehim li iwassal ghal-sajd sostenibli ghas-sajjieda tal-llum u ta ghada.