Apr 5, 2012

Aigner – attenta

Il-bieraħ kelli l-okkażżjoni nilqa’ f’Malta lill-Ministru Germaniża għall-Agrikoltura, Ilse Aigner. Dawn huma opportunitajiet li jien inqis bħala importanti ferm għaliex jagħtuni l-opportunita’ li nuri r-realta’ ta’ pajjiżna. Mhux facli għall-barranin jifhmu r-realtajiet partikolari tagħna specjalment meta jkunu ġejjin minn pajjiiżi ferm akbar minna.

Aigner tatni ċ-ċans biex jien, flimkien mal-uffiċjali tal-Ministeru, nispjegaw fit-tul kif r-realtajiet tal-biedja f’Malta huma differenti minn dawk f’bosta pajjiżi Ewropej. Sibta attenta u nteressata biex tifhem l-ħtiġijiet u l-partikolaritajiet tal-agrikoltura tagħna. Iċ-ċokon tal-għelieqi tal-bidwi, in-nuqqas ta’ art, il-klima kif ukoll in-nuqqas ta’ riżorsi bħalma hu l-ilma huma fost l-aktar fatturi li jagħmlu s-settur agrikolu Malti wieħed uniku. Fil-laqgħa ħarġet fid-deher id-differenza netta ta’ xi jfisser bidwi zgħir fil-Ġermanja u biedwi żgħir f’pajjiżna. Fil-Ġermanja bidwi b’20 jew 30 ettaru (kważi 200 tomna) ta’ art agrikola jitqies bħala żgħir. Għalina bidwi żgħir ifisser bidwi li jkollu 7 jew 8 itmiem art.

Fil-laqgħa kelli l-opportunita’ nirriafferma l-posizzjoni ta’ Malta li fir-riforma tal-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni Ewropea, realtajiet speċifiċi bħal ma huma dawk tagħna jridu jiġu ndirizzati billi r-riforma ma timxix fuq prinċipju ta’ one size fits all.

Ħadt ukoll l-okkażżjoni biex nakkumpanja lil Aigner fi żjara għand bidwi żagħżugħ fiż-Żebbiegħ fejn hemm hi setgħet tkompli tara b’għajnejha dak li għidnilha waqt il-laqgħa. Kienet laqgħa posittiva u ċert li wara llum għandna politiku Ewropew ieħor li mhux biss sema’ dwar Malta, imma issa jaf ukoll kemm pajjiżna huwa uniku. Fehmet sew r-rabta ntrinsika bejn l-attivita’ tal-biedja u l-ambjent f’pajjiżna minħabba li jekk tintelaq l-art, il-pajsaġġ tal-kampanja ta’ pajjiżna jieħu daqqa ta’ ħarta qawwija.

No comments: