Apr 29, 2012

Midd Idejk fil-Biedja

Midd Idejk fil-Biedja. Hekk semmejniha l-iskema li bdejna f’April tas-sena l-oħra u l-bieraħ kelli opportunita’ nara s-success kbir ta’ din l-inizjattiva.  Ftit aktar minn 50 persuna ġejjin minn oqsma varji tas-soċjeta, fosthom tabib, perit, ghalliem, inġinier, technician, library u oħrajn li ddecidew li jmiddu jdejhom fit-tkabbir ta’ ħxejjex u fjuri.  Għal ħafna minnhom kienet l-ewwel esperjenza.  Wara numru ta’ laqgħat ta’ taħriġ minn Dr Antoinne Vella, daħlu għal din l-esperjenza b’entużjażmu kbir.   

Tajnihom allotment ta’ 10 mtr b’5 mtr ġo l-Għammieri kull wieħed kif ukoll il-provista ta’ ilma u għamlu festa ta’ prodotti tal-ortikultura bħall-frott, ħxejjex u anke fjuri għall-konsum personali. Biżżejjed ngħid li wieħed irnexxielu jdaħħal 32 ħaxixa differenti f’50 metru kwadru ! In-nies preżenti dalgħodu spjegawli kif permezz ta’ din l-inizjattiva sabu mezz ġdid kif jikreaw ruħhom filwaqt li qed jitgħallmu japrezzaw aktar il-ħidma tal-bdiewa u r-raħħala tagħna. 

Persuna partikolari spjegatli li kienet qed tkabbar it-tadam. Kienet tieħu ħsiebu kuljum biss inqalaha impenn u abbandunatu għal jumejn. Kif ġie lura sab li t-tadam tiegħu kien spiċċa u kellu jarmi kollox. Din l-esperjenza tiegħu għenet lilu japrezza aktar il-ħidma tal-bidwi li jrid ikun dejjem iddedikat fuq xogħlu biex iwassal lill-konsumatur prodott lokali, frisk u ġenwin. 

Huwa l-ħsieb tagħna li nsibu aktar art madwar il-pajjiż biex inkomplu nkabbru din l-inizjattiva. Infatti qed issir ħidma biex art tal-gvern li tinsab bi qbiela u li ġiet abbandunata tiġi trasferita sabiex tintuża għal din l-iskema. B’hekk aktar familji jingħataw l-opportunita’ li jingħataw bicca art biex fih ikabbru numru ta’ prodotti agrikoli b’sistemi ta’ tkabbir organiku, fejn allura ma jintużawx pesticidi. http://www.facebook.com/Midd.Idejk.fil.Biedja

No comments: