Jul 21, 2012

Naturalment Malti


Dan l-aħħar jien u l-kollega tiegħi Jason Azzopardi nhedejna process ta’ konsultazzjoni pubblika biex titwaqqaf f’pajjizna marka ta’ kwalità Naturalment Malti għall-Prodotti Agrikoli ta’ Kwalità imkabbra f’Malta. Din il-Marka, li se tkun qed tingħata wara evalwazzjoni minn kumitat għal tal-apposta, għandha l-għan li turi lill-konsumatur il-prodotti ta’ kwalita’ li jitkabru u jsiru f’pajjiżna.

Aħna għandna lussu li l-prodotti agrikoli minn x’ħin jinqatgħu mill-għalqa sakemm jiġu pprocessati, bħat-tadam, jew isib ruħu fuq il-mejda tal-konsumatur jgħaddu biss ftit siegħat.  Dan mhux il-każ f’pajjiżi ħafna akbar minnha fejn minħabba raġunijiet anki ta’ trasport il-prodott idum ferm aktar biex jiġi pprocessat jew biex jasal fid-djar tan-nies. Għalhekk aħna l-Maltin ingawdu minn prodotti agrikoli lokali aktar friski.  Prodotti li ħafna drabi huma mbierka bix-xemx li tikkarga ferm aktar it-togħma. 

L-għażla tal-prodott lokali għandha tkun għalina għażla naturali. Biss ħafna drabi ma huwiex dejjem it-tort tal-konusmatur li ma jagħżilx dak li hu malti. Dan għaliex forsi sa llum qatt ma kien ikun viżibbli biżżejjed b’mod ċar fuq il-prodott li dak li qed nixtri huwa verament Malti u ta’ kwalita’. Għaldaqstant id-dokument li ppublikajna jelenka numru ta’ kriterji li bihom il-prodotti ġenwini Maltin se jkunu jistgħu jibdew jingħataw din it-tikketta li turi b’mod ċar li l-prodott huwa Naturalment Malti

Għaqdiet ta’ Produtturi u organizzazzjonijiet rikonoxxuti mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jistgħu minn issa jibdew japplikaw biex jingħataw din il-marka ta’ kwalità fuq prodotti bħal ħalib frisk, tadam ipproċessat, frott u ħaxix frisk, laħam tal-majjal u tat-tiġieġ eċċ. Fil-futur hemm ukoll il-possibilitá sabiex prodotti tradizzjonali li l-materja prima tagħhom tista’ ma tkunx prodott agrikolu lokali wkoll ikunu jistgħu jibbenefikaw minn din il-marka, bħal ma hi l-ħobża Maltija. 

1 comment:

Hermann Mallia said...

Glad about your campaign to promote what Maltese products we can produce. Same stands for Maltese wine whereas, total of 12,000 bottles of wines are consumed locally of which ONLY 4,000 bottles are of Maltese origin. Let's set a target that instead of 1/4, we go for 1/2 with a balance between imports and local production.