Sep 1, 2012

Carlo Maria Martini


İl-bierah wara nofsinhar hallina persunagg kbir, il-Kardinal Carlo Maria Martini, il-Gizwita li kien ghamel zmien twil Arcisqof ta` Milan. Miet proprju f`Milan fejn kien rega rritorna fl-2008 meta feggietlu l-marda tal-Parkinsons' disease, wara perjodu twil jghix fl-Art Imqaddsa. İl-Kardinal Martinı, li proprju din is-sena kien se jaghlaq 60 sena mis-sacerdozju tieghu, bhal Pawlu Gwanni II, qatt ma staha juri l-marda li kellu imma kkonfronta l-marda b'kuragg sal-ahhar ta' hajtu izda huwa rrifjuta li jtawlulu l-hajja artificjalment.

Martini kien qabel xejn bniedem tal-Knisja u espert tal-iskrittura mqaddsa. Kellu kapacita` kbira jitkellem mad-dinja, fejn in-nies kienu jieqfu biex jisimghuh. F`dinja li xi drabi hija nieqsa minn ghalliema li kapaci juruna jew jindikawlna t-toroq u l-ahjar ghazliet ghalina, il-vuci ta` Martini kienet wahda awtorevoli. Kien bniedem li bena hajtu fuq it-taghlim tal-Bibbja, liema Bibbja tant kien jaf sew u tant kien ihobb. Kien persuna li bi kliemu kien dejjem jiprova jnissel sens ta' tama f'dawk kollha li jisimghuh. Mhux ghax kien iwieghed hajja ahjar wara din, imma ghax kien kapaci jara t-tajjeb u d-dawl fejn haddiehor kien jara biss dlam u disperazzjoni. 
 
Nemmen li ghamel daqstant gid mhux biss ghax kellu fidi kbira, imma ghax kien kapaci jisma lil kulhadd inkluz lil dawk li ma kenux jaqblu mieghu. Qatt ma kien jiprova jahrab minn domandi difficli, anke fuq issues shan bhal dawk fuq il-bioetika, il-korruzzjoni fil-politika (irridu nıftakru li kien l-Arcisqof ta` Milan waqt l-iskandli ta`Mani Pulite) u anke fuq in-nuqqasijiet jew l-izbalji li sehhew fil-passat tal-Knisja. Fuq kollox Carlo Maria Martinı kellu fidi kbira fil-potenzjal taz-zghazagh u fid-dinjita` ta`kull persuna.

2 comments:

Pierre Mazzacano D'Amato said...

Cardinal Martini was a great intellectual. I think that people admired him because he was never afraid to speak out what he truly believed in, e.g. at one point, he even said that condoms could be considered a “lesser evil” in combating AIDS. I'm not surprised that in a recent interview he criticized the Catholic Church as being "200 years behind" the times.

PMD

Pierre Mazzacano D'Amato said...
This comment has been removed by the author.