Aug 9, 2013

Jistahba wara r-rapport

Kull fejn immur kulhadd ikellimni fuq it-thassida li ghamel l-Ministru Leo Brincat meta ghall-ebda raguni valida, qabad u ghalaq il-Park tal-Familja biswiet l-impjant ta’ Sant’Antnin ! Park li tant kien popolari li hu kkalkulat li kienu jzuruh mat-30,000 persuna kull weekend. Nghid li ghalqu b’kapricc ghax fl-istqarrijiet kollha tal-Gvern hu stess ammetta li l-livell ta’ kubrit fl-arja dejjem kienu taht il-livelli accettabli mill-Unjoni Ewropea.  Allura tohrog wahedha l-mistoqsija: Jekk il-livelli ta’ kubrit qatt ma kienu ta’ periklu ghaliex ghalaqtu ?!
 
Il-Ministru Leo Brincat qabbad tlett persuni biex id-deċiżjoni stramba tiegħu jipprova jaħbiha wara rapport flok jerfa r-responsabbiltà u jgħid verament x'wasslu biex jagħlaq il-Park ta’ Wied il-Għajn. Ghamel hekk biex ghal darb’ohra jahli aktar hin jiprova jmaqdar dak li sab.  S’issa ma smajniex imqar sentenza wahda ta’ x’behsiebu jaghmel hu f’dan il-qasam, li ahna gibna rivoluzzjoni fih minkejja t-tfixkil tieghu u ta’ shabu ! 
 
U nghid jien jekk it-tlett esperti kienu jafu fil-bidu ta’ Mejju li kien hemm xi “effetti” ta’ emissjonijiet ta’ kubrit fl-arja, ghaliex hallew sa nofs Lulju biex jaghlqu l-park ?  Tajjeb wiehed ifakkar li sa gimgha qabel ma nghalaq fil-Park kien hemm weekend camping mill-Scouts !   U jekk hemm periklu ghall-persuni li jzuru l-Park tal-Familja, ghaliex ma hemmx periklu ghall-haddiema li jahdmu fl-istess impjant ?  Mistoqsija ovvja, li ma tridx tkun xi professur biex taghmilha. 
 
Fuq kollox tajjeb nghidu li din il-problema inholqot fil-bidu ta’ Mejju ta’ din is-sena, meta parti mill-impjant, li jissejjah hydroliser, zviluppatilha hsara.   Issa jien infurmat li din suppost li kellha tissewwa f’sitt gimghat.  Mela l-aktar l-aktar sa nofs Gunju kellha tkun lesta.  Imma wasalna issa kwazi f’nofs Awissu u din ghadha ma trangatx.  Ghaliex dan id-dewmien ?  Meta se tissewwa ?
 
Irridu nfakkru li l-post fejn sar dan il-Park kienet mizbla li kien beda l-gvern Laburista tas-snin sebghin u tmenin li Leo Brincat kien jifforma parti minnu.  Ahna kburin li minn mizbla tajna lill-poplu park mill-isbah b’fondi ewropej,  liema park issa spicca fil-mira ta’ dan il-Gvern biex minghalih itappan dak li ghamel il-Gvern immexxi mill-PN.  U issa qed taharqu qalbu lil Leo Brincat ghall-emissjonijiet ta’ kubrit.  Irrid infakkru li mill-1990 'l hawn, l-ogħla livelli ta' Sulphur Dioxide (SO2) fl-arja reġistrati ġewwa Malta kien fl-1998, l-aħħar sena ta' Gvern Laburista. Minn dik is-sena, l-emissjonijiet ta' Sulphur Dioxide (SO2) fl-arja ġewwa Malta niżlu b'74%, li huwa tnaqqis aħjar minn dak fl-Unjoni Ewropea.   

2 comments:

Carmel Scicluna said...

ghandek ragun gorge imma dan il gvern ajjur ghal hiddmitek,. arau xgjhmel minflok il pork, ghamel mizbla ta rigal lill poplu MALTIghal dak iz zmien. allura tigi wehhadail park ghaqu biex imbaght jiead li imnalla kien gvern ;labburist li irrangah uforsi hafna jammnuh b'aghl ma ammnuh f'ellezzjoni sahha issa narraw..

Ola said...

http://ola-szymanska.blogspot.com/