Oct 3, 2013

Mistoqsijiet li jehtiegu twegiba


Meta Joseph Muscat ltaqa 3 snin ilu biex jaghti l-awguri tal-Milied lill-Ambaxxaturi, ovvjament dakinhar kien ghadu kap tal-Opposizzjoni, kien qal skond stqarrija tal-istess Partit Laburista: “He then explained how during the next months, the party will be working to renew our relations not only with our European, Mediteranean and African neighbours, but will also be actively dealing with other countries where there is great potential.  One of the countries will be China, a country with which a Labour government started diplomatic relations back in 1972. The Labour Party Leader then explained how in April, together with a delegation of the Labour Party, he will be visiting China, following an official invitation. Before closing his address, Dr Muscat explained how he is looking forward to discussing the possibilities of collaboration, especially in energy, tourism and education, between China and Malta as this is the way the Labour party wants to develop our attitude in foreign affairs: realistic but ambitious.”
 
Meta tiftakar fi statements bhal dawn bilfors li jiguk mistoqsijiet bhal dan il-famuz ftehim meta beda jigi diskuss u min ghamel l-ewwel approach ?  S’issa kellna diversi risposti.  Min qalilna li kienu c-Cinizi li pproponew u min qalilna li kien il-Gvern ta’ llum li ghamel l-ewwel kuntatt.  F’risposta ghal mistoqsija parlamentari li ghamilt jien, il-Ministru Konrad Mizzi qalli li n-negozjati bdew f’April ta’ din is-sena.  Imbaghad fl-istess mistoqsija tlabtu wkoll jghidli min kienu l-persuni nvoluti fin-negozjati minn naha tal-Gvern Malti u tal-Enemalta.  Imma fuq din ma wegibniex.  Addio trasparenza. Se nkompli ninsisti ghal risposti. Fin-nuqqas ta’ risposti mhux naturali li wiehed jahseb hazin ?
 
Wara l-istqarrija li kellna t-Tnejn li ghadda mill-Prim Ministru ghamilt diversi mistoqsijiet fl-intervent tieghi fil-Parlament.  Fost affarijiet ohra staqsejt:  Kien hemm gvernijiet jew kumpaniji ohra li gew ikkuntatjati biex wiehed jara jekk humiex interessati huma wkoll li jiehdu sehem fl-Enemalta ? Meta se se jkun pubbliku l-Memorandum of Understanding ?  Ghaliex intghazlet ic-CPI minn tant kumpaniji Cinizi meta din hi kumpanija li l-aktar li hija mixhuta hu fuq generazzjoni ta’ energija mill-faham ?  Il-Gvern issa komdu li se jsir minority stakeholder fil-generazzjoni tal-energija f’pajjizna ?
 
Komplejt staqsejt: Kemm se jkun il-persentagg tas-sehem Ciniz fl-Enemalta ?  Il-Gvern jikkunsidra li jbiegh ishma ohra fl-Enemalta ? Peress li l-Enemalta hu kkalkulat li ghanda mal-Biljun Euro bhala assi, se jsir due diligence tajjeb halli wiehed ikun jaf preciz x’se jkun is-sehem Ciniz minn dawn l-assi ? L-investiment Ciniz kif se jsir se jkun forma ta’ increased share capital fl-Enemalta jew il-Gvern se jbiegh parti mis-shares tieghu u l-miljuni johodhom il-Gvern ? Ovvjament il-mistoqsijiet ghamilthom imma r-risposti ma gewx ! 

No comments: