Jan 25, 2014

Rapport difettuz


Nhar it-Tnejn li ghadda fit-Times of Malta kien hemm artiklu nteressanti dwar l-impjant tal-hazna tal-gas u l-power station il-gdida f’Delimara.  Artiklu li gab kummenti ta’ espert Olandiz, Profs.Hans Pasman fuq il-Qualitative Risk Assessment li sar minn dan il-Gvern bhala parti mill-Environmental Impact Assessment (EIA).  Il-kummenti u l-mistoqsijiet ta’ dan l-espert, b’aktar minn 40 sena ta’ esperjenza, jivvendika dak kollu li ghidna ahna f’Lulju tas-sena l-ohra meta konna tajna kummenti lill-media dwar it-Terms of reference ghall-EIA.  Dakinhar konna ghidna li hemm bzonn Risk Assessment serju u ghidna wkoll liema issues iridu jkunu trattati.  Mill-kummenti, l-mistoqsijiet u d-dubji li qajjem Profs.Pasman jidher car li dan ir-rapport mhuwiex wiehed ezawrenti.  Mhux komplut u jehtieg li jkun hemm studji aktar dettaljati biex wiehed ikun f’posizzjoni ahjar li jiddeciedi.

 

Profs.Pasman jghid caru tond li wiehed irid joqghod attent hafna kemm jaghmel hazna ta’ LNG gewwa port ristrett bhal dak ta’ MXlokk.  Qal li mhux ideali li jkollok hazna ta’ 140,000 metru kubu ta’ gass hdejn l-akbar power station f’pajjizna. Tinsiex li Joseph Muscat & Co qabel l-elezzjoni kienu qalu li l-hazna se tkun ta’ 60,000 metru kubu biss u meta merejnihom li ma jistax ikun li l-hazna tkun daqshekk biss, qalu li ahna zbaljati.  Issa jidher car min kien qed iqarraq qabel l-elezzjoni !

 

Profs.Pasman qal li l-ahjar ghazla biex thaddem power station bil-gas hija dik li jkollok pipeline bejn Malta u Sqallija ghax dak joffri ferm u ferm anqas periklu.  Kien propju ghalhekk li l-pjan dwar l-energija li bih kien miexi l-gvern precedenti, liema pjan kien pubbliku u li kien ghadda minn skrutinju ddettaljat qabel gie ffinalizzat, jghid car u tond li gass bl-LNG terminal mhux adattat ghal pajjizna. Kien ghalhekk ukoll, pero, li l-Gvern xtara’ power station gdida li setghet facilment tinqaleb ghall-gass meta jiddahhal il-pipeline ghax proprju fuq LNG terminal hemm mistoqsijiet kbar ta’ sigurta. Infakkar ukoll illi l-KE ikkommettit fondi halli dan il-pipeline seta’ jsir sas-sena 2018. Hans Pasman qal li hu “rather presumptious” jew ahjar bil-Malti hu pruzuntuz tassumi li mhux se jkun hemm effetti fuq l-inhawi abitati kif jghid ir-rapport li hejja l-Gvern.  Kompla jghid li r-rapport li hejja l-Gvern jizbalja bil-kbir meta jiprova jinjora l-possibilita’ li “a cloud of leaked gas from the storage facility would get sucked up by the combustion engine (tal-power station stess), with potentially catastrophic consequences”.

 

Dr.Pasman qal ukoll li hemm htiega li jsir risk assessment marittimu aktar dettaljat ghax ir-rapport jitratta l-possibilta’ ta’ habta bejn vapuri b’mod legger hafna.  Dan l-espert Olandiz kompla jghid li mhu xejn konvint mil- mod kif ir-rapport tratta l-periklu marbut mat-trasferiment tal-gas mis-supply ship ghal fuq il-vapur tal-hazna u ghal gol-power station kontemporanjament. Prassi bhal din kwazi ma tezisti mkien fid-dinja.  Ma rridux ninsew li issa se nispiccaw b’vapur tal-hazna b’qies ta’ 300 metru tul, 52 metru wiesgha u 45 metru gholi, sorgut permanentament ftit metri ‘l boghod mill-powerstation !  Profs.Pasman jaghmel aktar mistoqsijiet li jitfghu dubju fuq kemm nistghu nserrhu rasna li mhux se jkun hemm perikli minhabba dan l-impjant u l-hazna. 

 

Ghal darb’ohra ha nerga naghmilha cara.  Hemm kunsens fuq il-htiega li mmorru ghall-impjanti tal-gas u hemm kunsens li l-prezz tad-dawl ghandu jorhos.  Imma rridu nkunu certi li dan isir b’mod li ma jpoggix perikli bla bzonn specjalment li llum l-Enemalta diga qed tifranka 52 Miljun Ewro fis-sena ghal generazzjoni tal-elettriku minhabba l-impjant tal-BWSC. Fuq kollox irridu nkunu certi  l-impatti rizultat tal-ghazla ta’ dan il-Gvern ikunu assessjati b’mod sew halli s-sahha tan-nies u dak tal-ambjent ikunu protetti.   Fuq kollox irridu nkunu certi li ma nispiccawx nipperikolaw l-generazzjoni tal-energija f’pajjizna. Ma ninsewx li l-Ministru Konrad Mizzi stqar li l-pjan tal-energija mhux ha jbiddlu ghax m’ghandux hin ghal istudji. Din l-attitudni tpoggi hajjitna, specjalment in-nies tan-naha t’isfel ta’ pajjizna, fuq mizien ghal 20 sena li gejjin.

No comments: