Apr 17, 2014

Le ghall-kacca fil-Hdud


Il-kaċċa minn dejjem kellha importanza straordinarja f’Malta. Qabel ma dħalna fl-UE kienet wieħed mill-ostakoli li kkomplika n-negozjati. Dak iż-żmien il-Gvern nazzjonalista għamel kull ma seta biexjiżgura bilanċ bejn l-aspirazzjonijiet tal-kaċċaturi – fil-limiti tal-leġislazzjoni Ewropea – ħarsien ambjentali effettiv.

Minkejja l-isforzi kollha, l-kontroversji qatt ma naqsu u sena wara l-oħra, kellna nħabbtu wiċċna ma talbiet insistenti u protesti mill-kaċċaturi u, fl-istess ħin mill-ambjentalisti. Ir-riżultati spiss iddiżappuntaw kemm lill-BirdLife kif ukoll lill-kaċċaturi u l-olitika tagħna tellfitna ftit voti mhux ħażin miż-żewġ kampijiet iżda żammejna sod għalies ikkunsidrajniha bħala l-aħjar triq għall-pajjiż. L-iktar raġonevoli u ġusta.

Gvernijiet Nazzjonalisti qatt ma ssagrifikaw prinċipji biex jirbħu l-voti. Mhux hekk il-Partiti laburista li, b’mod ċiniku u sistematiku ipprova jitħabbeb kemm mal-kaċċaturi kif ukoll mal-ambjentalisti. Speċi ta’ jispara mal-kaċċaturi filwaqt li jtir mal-għasafar. Lill-kaċċaturi wegħduhom li Gvern Laburista jemendi r-regolamenti biex ikun hemm iktar ċans ta’ kaċċa. Is-Segretarju Parlamentari għall-Ħarsien tal-Annimali ammetta b’mod skjett li l-gvern qed ifittex loopholes fil-liġijiet sabiex jippermetti iktar kaċċa!

Minħabba l-wegħdiet elettorali li l-Partit Laburista għamel lill-kaċċaturi, l-Gvern issa qiegħed jifida l-opinjoni pubblika u, minflok ma jkun prudenti biex ma jkomplix iħarrax is-sitwazzjoni u jżid it-tensjoni, għadu kemm ippubblika regolamenti ġodda, mimlijin konċessjonijiet lill-kaċċaturi. Regolamenti li ma jistgħux ma jitqiesux bħal provokazzjoni lill-ambjentalisti.  Huwa mod kif il-Gvern qed juri li, meta niġu għall-fatti, l-Gvern qiegħed b’ruħu u ġismu fuq in-naħa tal-kaċċaturi.

Fost ir-“riformi” li ġew introdotti, hemm il-permess li ssir kaċċa fil-Ħdud. Ħafna niex li ma jifhmux fl-għasafar u fil-ħarsien ambjentali huma kontra l-kaċċa għaliex ittellifhom meta jkunu qed jirrilassaw u jfittxu ftit mistrież fil-kampanja. Familji li jagmlu passiġġati jew picnics f’xi waħda mill-lokalitajiet sbieħ tagħna, spiss isibu ruħhom assedjati mill-kaċaturi, bi sparar kull fejn tisma. madwarhom. Ġieli kien hemm anki każi fejn waqa’ ċ-ċomb fuq in-nies li kienu għaddejjin. B’xorti tajba rari jkun hemm min iweġġa’ imma l-esperjenza żgur mhux waħda pjaċevoli. Kien għalhekk, u mhux biex jogħġob lill-BirdLife jew lill-Unjoin Ewropea, li l-Gvern Nazzjonalista kien ipprojbixxa l-kaċċa fil-Ħdud, meta jkun hemm iktar nies fil-kampanja. Issa dan kollu inbidel u qed titħalla l-kaċċa anki fil-Ħdud u festi. Għal darb’oħra, dan jista jitqies bħala ġest ta’ sfida, provokazzjoni, din id-darba lejn il-pubbliku Malti in ġenerali.

ll-bidliet li saru saru bil-metodi li issa drajna minn dan il-Gvern.  Bidliet li jithabru f’daqqa wahda minghajr l-ebda konsultazzjoni jew informazzjoni.  Jekk il-Gvern jahseb li qed jaghmel xi pjacir lill-kaccaturi, allura huwa zbaljat. Provokazzjoni bhal din se tghin biss biex ssahhah l-opinjoni pubblika kontra l-kacca u meta jigi r-referendum din id-decizzjoni zbaljata se jkollha effett fl-ghazla li se jaghmel il-pubbliku.

2 comments:

Clayton Stellini said...

Fix-xitwa ssir kacca fil-hdud u festi pubblici, mintix espert fuq dan il-qasam ghax meta kont ministru int gerfixt u fixkilt kull ma stajt fuq il-kacca. Issa ghoqod gallarija.

Clayton Stellini said...

Fix-xitwa ssir kacca fil-hdud u festi pubblici, mintix espert fuq dan il-qasam ghax meta kont ministru int gerfixt u fixkilt kull ma stajt fuq il-kacca. Issa ghoqod gallarija.