tag:blogger.com,1999:blog-833896118405201875.post1548886090548169819..comments2024-01-31T11:22:32.025+01:00Comments on il-blog ta' george pullicino: Kids Eco SummitGeorge Pullicinohttp://www.blogger.com/profile/13641242479359628320noreply@blogger.comBlogger2125tag:blogger.com,1999:blog-833896118405201875.post-43840115649007702482009-03-28T09:52:00.000+01:002009-03-28T09:52:00.000+01:00Jiena wkoll edukatriċi u kordinatriċi tal-Ekoskola...Jiena wkoll edukatriċi u kordinatriċi tal-Ekoskola ġewwa l-iskola Primarja Birżebbuġa A - Kulleġġ San Benedittu.

Għalkemm ta' età żgħira ħafna t-tfal tagħna kapaċi wkoll joħorġu bi proposti li jagħmlu ħafna sens, kif semmejt inti. Proġetti bħal EkoSkola u Dinja Waħda, jissapportjaw lilna l-għalliema biex inrawmu iżjed kuxjenza fit-tfal dwar il-ħsara li tista' ssir lill-ambjent u biex jikbru f'soċjetà iżjed responsabbli!

Jekk jogħġbok tagħti daqqa t'għajn lill-blogg tagħna napprezzaw ħafna

http://ekobirzebbuga.blogspot.com/Karen Vella Pace (ekogħalliema)https://www.blogger.com/profile/06635230124490734913noreply@blogger.comtag:blogger.com,1999:blog-833896118405201875.post-92077229678872889762009-03-08T22:01:00.000+01:002009-03-08T22:01:00.000+01:00Jiena kelli l-opportunita' li niehu sehem f'dan l-...Jiena kelli l-opportunita' li niehu sehem f'dan l-eco summit flimkien ma' xi uhud mit-tfal ta' l-iskola fejn nghallem. Bhala edukatura hadt gost ninnota u nirrifletti kif permezz ta' attivitajiet bhal dawn, it-tfal mhux biss tghallmu aktar dwar issues ambjentali imma ukoll tghallmu hiliet ohra bhal nghidu ahna, kif jesprimu dak li jahsbu, kif jahdmu fi gruppi, kif jittiehdu d-decizjonijiet ecc. L-iktar haga li laqtitni kien il-fatt li meta t-tfal isibu ruhhom f'ambjent fejn ihossuhom komdi u mhux taht pressjoni, johorgu b'ideat tal-genn. Dan hareg car waqt il-prezentazzjonijiet li kienu mimlijin b'ideat originali ghall-ahhar!! Nixtieq insemmi li t-tfal riedu johorgu bi prezentazzjoni taghhom, din kienet kollha maghmula minnhom u r-rizultat kien wiehed pozittiv hafna. Il-messaggi li hargu kien fihom hafna x'wiehed joghmod u kif qalu dawk kollha li kienu prezenti, kienu messaggi siewja ferm u li jaghmlu hafna sens.

Dawn l-attivitajiet huma ezatt x'jehtieg biex inkomplu nrawmu kultura u mentalita ta' atitudni responsabbli lejn l-ambjent. It-tfal kollha li ppartecipaw hadu din il-gurnata b'serjeta' liema bhala u b'interess kbir.

Jiena zgur li kull min ippartecipa mhux se jinsa dak li tghallem u esperjenza waqt din l-attivita'. Din il-gurnata kienet mqassma tajba hafna peress li t-tfal u dawk kollha prezenti kellhom mhux biss taghrif siewi imma wkoll cans biex jirriflettu u jiddiskutu dwar dak li semghu u jwasslu l-ideat taghhom.

Nixtieq nghid prosit kemm lill-Ministru li hareg u ssapportja din l-inizjattiva, kemm lin-nies tal-ministeru li hadmu bla waqfien biex din il-gurnata tkun ta' success, kemm lin-Nature Trust li dejjem kienet minn ta' quddiem biex teduka u fl-ahhar u mhux l-inqas lill-programm EkoSkola li bl-idea li t-tfal jiehdu r-riegni f'idejhom qed isahhah u jkompli jrawwem lic-cittadini tal-futur biex jghixu stil ta' hajja sostenibbli.

Naghmel kuragg lil Ministru u lill-gvern biex ikompli jissapportja u jniehdi attivitajiet bhal dawn.Jacqueline Vanhearhttps://www.blogger.com/profile/05843558241460324446noreply@blogger.com