Fil-gimghat li kien l-isptar kont qed immur narah. Imdawwar dejjem minn uliedu li kienu jghozzuh b'imhabba tal-genn. Minkejja l-problemi tas-sahha tieghu, u minkejja li kien jaf li ma kellux hajja twila, kien il-hin kollu hosbien kif se jaghmel il-parti tieghu biex il-Partit Nazzjonalista jirbah l-elezzjoni tat-8 ta' Marzu. Kien ghalhekk li accetta li jidher fuq il-lista tal-kandidati tal-10 Distrett.
Ftit tal-granet ilu rrakkontali kemm hassu nsulentat u nwegga mill-Kap tal-Opposizzjoni qabel l-ahhar elezzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Gzira. Tal-Labour kienu ippruvaw ihamguh u jiddiskreditawh sempliciment biex jirbhu l-voti. Izda hu minkejja kollox baqa jaghti sehmu.
Il-gimgha l-ohra tajtu numru ta' ismijiet ta' persuni li mort ghandhom fil-gimghat li ghaddew li naf li tradizzjonalment ivvutaw Labour, imma kellhom rispett kbir lejh u li bi ftit push minn naha tieghu, kien jikkonvincihom jivvutaw lilna. Minkejja li kien f'qiegh ta' sodda, naf li t-telefonati ghamilhom u kien ferhan li ta l-parti tieghu !
Sfortunatament ma lahhaqx sal-elezzjoni. Dik kienet l-akbar xewqa li kellu. Dak kien Albert. Dejjem jahseb f'haddiehor u dejjem jhewden kif se jghin. Minn hawn irrid insellimlu u nroddlu hajr tal-ezempju li dejjem ta. Nhar it-Tnejn fis-2.30pm fil-Knisja Parrokjali tal-Gzira se naghmel id-dover tieghi u se mmur naghti l-ahhar tislima lil Albert. M'ghandix dubju li mieghi se jkun hemm ukoll hafna ohrajn.
Bert, grazzi.
No comments:
Post a Comment