Il-Miżura 121 kienet tiprovdi ghal 3 tipi ta' investiment: 1. immodernizzar u titjib ġenerali, bhal serer jew tined godda ghal bhejjem; 2. investiment ambjentali u 3. investiment sabiex ir-raħħala jiġu konformi mad-direttiva tan-Nitrati u ghalhekk jnaqqsu l-impatt tad-demel fuq l-ilma tal-pjan. Huwa nkorraġġanti l-fatt li mill-ewwel 180 benefiċċjarju li ser jibdew jissejħu sabiex jiffirmaw il-kuntratt għall-għajnuna hemm 77 benefiċċjarju li l-eta tagħhom hija ta’ inqas minn 40 sena.
Fil-ġranet li ġejjin se jifthu ukoll 5 Mizuri ohra taħt il-Programm ghal-Iżvilupp Rurali 2007 – 2013, liema Programm fih pakkett ta’ €100 Miljun. Dan ifisser li issa se jkunu nħarġu 14-il Miżura minn 18-il Miżura taħt il-pjan. Dan juri l-impenn tal-Gvern biex jimplimenta il-Programm tal-Iżvilupp Rurali fl-iqsar żmien possibli halli jsahhah dan is-settur.
Habbart ir-rizultat ta' din il-Mizura il-bierah gewwa serra kbira gewwa l-Imgarr ta' zewgt ahwa li nvestew mal-€130,000 biex bnew din is-serra, ghamlu gibjun kbir tahta u se jinstallaw pannelli solari halli jaghmlu lis-serra self-sufficient fuq l-energija nadifa. Dawn iz-zewgt ahwa se jiehdu nofs l-investiment taghhom minn din il-Mizura. Il-bierah irringrazzjajt lilhom u lil bdiewa u rahhala l-ohra li kienu protagonisti fil-bidla kbira li ra dan is-settur fl-ahhar 5 snin u li anke issa qed juru fiducja ghax qed ikomplu jinvestu. Dan kollu juri kemm kellna ragun ahna u kemm kienu zbaljati dawk bhal Joseph Muscat li qalu li l-bdiewa u r-rahhala jmutu bil-guh jekk pajjizna jissieheb fl-Unjoni Ewropea.
No comments:
Post a Comment