Ghadni kemm spiccajt naqra l-ktieb ta’ Annabelle Vassallo “Irrid nghix”. Ktieb li sahharni bis-semplicita’ tieghu izda fl-istess sammarni bis-sahha tal-messaggi li fih. F'dan il-ktieb Annabelle tirrakonta kif ghaddiet l-ahhar tlett snin tiggieled il-marda qerrieda tal-kancer b’Gesu’ magenba. Ghandha fidi u kuragg kbir. Nixtieq imqar ikolli 10% tal-fidi u l-kuragg taghha jekk qatt inkun fis-sitwazzjoni taghha !
Lil Annabelle ili nafha mhux hazin. Minn meta kienet saret segretarja ta’ Fr.Peter Serracino Inglott fil-bidu tas-snin 90 u wara ghamlet xi zmien tahdem mieghi fis-segretarjat tieghi. Tfajla semplici u normali b’qalb kbira. Is-semplicita’ u r-rieda taghha serqu l-qlub tal-hafna li ma kienux jafuha u saru jafuha permezz tal-programm Xarabank. Mhux ta’ b’xejn li dan il-ktieb sar l-aktar ktieb li nbiegh f’pajjizna fl-ahhar snin ! Permezz tal-messagg taghha qed taghmel hafna gid. Fil-ktieb tikwota sms li jien bghattilha xi gimghat ilu (fost hafna smss ohra ta’ hbieb) qabel ma dehret fil-programm. Kont ghidtilha: “Il-genna jistghu jistennewk ghalissa ! Qed taghmel hafna gid hawn !” U aktar ma jghaddi z-zmien aktar jidher li ghandi ragun !
Il-ktieb huwa miktub mill-qalb. Fih tahlita ta’ morr u helu. Apparti r-rakkonti ta’ qsim il-qalb li jaghfsulek qalbek, hemm ukoll battuti helwin li jgibulek tbissima. Fih ukoll gabra ta’ talb li joffri lil Annabelle ftit mill-medicina biex tkompli taffronta l-marda b’kuragg ghax temmen li l-misteru tal-Mulej difficli nifmuh. Il-ktieb verament jghinek tapprezza l-valur tal-hajja. Annabelle il-“clapper” tirrakonta kif ghaliha “kull gurnata hija rigal sabih” u ghalhekk qed tkompli tiggieled “l-iljun” ta’ go fiha ! Annabelle prosit u grazzi tal-wirt li tajtna f’dan il-ktieb.
No comments:
Post a Comment