Il-generazzjoni tieghi kellha x-xorti tara l-waqgha tal-hajt ta' Berlin u l-waqgha tal-komunizmu. Niftakru lill-Ewropa mifruda b'purtiera tal-hadid, kif kien sejhilha Winston Churchill, li biha l-komunizmu fired u faqqar lill-Ewropa tal-Lvant, suppost f'isem "il-haddiema". Imma wara l-1989 rajna hafna popli jqumu kontra l-komunizmu u hafna mill-pajjizi li kienu komunisti jidhlu maghna fl-Unjoni Ewropea.
Dik ir-rivoluzzjoni li gabet il-liberta', id-demokrazija u stil hieles tal-hajja fl-Ewropa tal-Lvant qed naraw ohra bhalha fid-dinja Gharbija. Fit-Tunezija u fl-Egittu, regimi taparsi tal-haddiema kkrollaw taht l-ghajta kbira tal-popli taghhom ghall-helsien veru. Issa waqghet ukoll id-dittatura tal-Kurunell Gaddafi fil-Libja - pajjiz suppost sinjur biz-zejt imma mhux biss ma zviluppax kif kellu jizviluppa izda fuq kollox gie mahkum minn tmexxija li honqot il-liberta' tal-espressjoni.
Ahna nifirhu ma' min qed jissielet biex igib il-liberta' u d-demokrazija fil-Libja. Gvern mmexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem gab ruhu b'korrettezza bhala Gvern mal-Gvern Libjan ghax hu fl-interess ta' Malta li jkollha relazzjonijiet tajbin mal-pajjizi girien kollha. Imma l-Partit Nazzjonalista qatt ma kien sieheb id-dittatura Libjana. U zgur qatt ma gab lill-Kurunell Gaddafi jiehu sehem u jitkellem f'attivitajiet pubblici tal-partit, kif ghamel kemm-il darba l-Labour li bhala partit kellu rabta qawwija mar-regim tal-Kurunell Gaddafi. Sahansitra hemm min jghid li Gaddafi kien jiffinanzja lil Partit Laburista.
Il-waqgha tad-dittatura tal-Kurunell Gaddafi hi biss l-ewwel pass. Il-Libja tant kellha dittatura kerha li m'hemm lanqas l-ebda hjiel ta' istituzzjonijiet li jistghu jibdew jhaddmu malajr id-demokrazija, l-liberta', il-helsien ekonomiku u s-saltna tad-dritt. Nittama li l-poplu Libjan isib l-ghaqda halli jibni l-istituzzjonijiet li mhux biss jaghtuh il-liberta' politika izda fuq kollox l-istituzzjonijiet li jghinuhom jibnu zvilupp ekonomiku li jinqasam b'gustizzja fost il-poplu.
It-triq mhux se tkun facli, anke ghax kontra r-rivoluzzjoni Tunezina u dik Egizzjana, r-rivoluzzjoni Libjana ssarfet f'pajjiz b'infrastruttura mkissra. Nittama li l-punent issa jaghmel l-ahjar tieghu biex jghin lill-poplu Libjan jibda jilhaq l-aspirazzjonijiet tieghu
No comments:
Post a Comment