Tlesta x-xoghol ta' restawr fuq il-funtana tat-telgha tas-Saqqajja, ir-Rabat. Ix- xoghol ta' restawr fuq il-funtana beda fl-ahhar ta' Mejju 2009 mill-haddiema tar-Restoration Unit fi hdan il-Ministeru. Onestament kienet tweggghali ghajnejja kull meta nghaddi
Din il-funtana nbniet mill-Gran Mastru Vilhena lejn nofs is-seklu tmintax fuq il-post fejn diga kien hemm nixxiegha ta' l-ilma gieri. Il-funtana hija wahda mill-isbah, b'hafna skultura, mibnija b'gebel tal-franka, gholja u wiesa hdax il-metru.
Ix-xoghol, li sewa mal-€15,000, eskluz pagi tal-haddiema, inkluda tindif, tikhil, tibdil u restawr ta' gebel. Kien mehtieg hafna xoghol ta' skultura, partikolarment fil-partijiet ta' fuq tal-funtana, fejn il-hsara kienet aktar qawwija. Fl-ahhar inghata wkoll il-kulur li rrizulta li kien diga jezisti fil-passat, ghax inkixef waqt ix-xoghol ta' investigazzjonijiet li saru.
F'dan il-pajjiz hawn min isib x'imaqdar dejjem, taghmel x'taghmel. Wiehed Joseph Micallef il-bierah kiteb f''The Times on line li din il-funtana kienet "restored for the eyes of the Pope as well! " Miskin. Nesa li x-xoghol lejn l-ahhar ta' Mejju tas-sena l-ohra, meta zgur hadd ma ghadu kien jaf li gej il-Papa, wisq anqas meta gej !
http://www.timesofmalta.com/articles/view/20100415/local/saqqajja-hill-fountain-restored