Showing posts with label Kopenhagen. Show all posts
Showing posts with label Kopenhagen. Show all posts

Dec 18, 2009

Hope-n-hagen

Bil-mod il-mod jidher li bdejna mexjin f'din il-Konferenza tat-Tibdil fil-Klima f'Kopenhagen. Il-bierah bhal speci n-nies bdew jintebhu li l-hin ghaddej gmielu u hemm bzonn isir xi haga biex forsi jkun salvat xi haga. Il-President Franciz Sarkozy, li tkellem ftit wara l-PM Gonzi, ghamel diskors tajjeb hafna u pprova jqajjem lid-delegati mir-"raqda". Jidher li l-bierah l-Istati Uniti u c-Cina bdew jitharku mill-posizzjonijiet rigidi taghhom. L-Istati Uniti offrew li sa 2020 jaghtu $100 biljun fis-sena ta' ghajnuna lil pajjizi li qed jizviluppaw u c-Cina bdiet tikkoncedi li jkun hemm monitoragg trasparenti fuq l-emissjonijiet taghha ta' carbon dioxide.
Jidher car izda li c-Cina u l-pajjizi kbar li qed jizviluppaw bhal Brazil u Indja ghadhom l-akbar xkiel ghal meaningful agreement f'din il-Konferenza. Anke jekk jintlahaq xi forma ta' ftehim jidher car li l-emissjonijiet tad-dinja se jibqghu gholjin wisq sal-2020 u allura hu previst li t-temperatura tizdied aktar mit-2 degrees C. Bosta xjenzati jsostnu li jekk it-temperatura tizdied aktar minn 2 degrees C allura se jkollna problemi kbar hafna bit-tibdil fil-klima.

Ghadna kemm spiccajna laqgha ohra ta' ko-ordinazzjoni tal-Ministri Ewropej tal-Ambjent u ma tantx hawn arja ta' ottimizmu minkejja dak li qed tirraporta certu media. Is-sitwazzjoni hija konfuza ghall-ahhar. Jien u diehel ghal laqgha ta' dalghodu rrealizzajt li f'dan ic-centru tal-konferenzi hawn ukoll "meditation and prayer room". Dort fuq Chris Ciantar u ghidtlu, "Nahseb ahjar hafna jigu hawn dalghodu !" Ghadni nittama li din l-opportunita' tittiehed u is-sens komun jirbah fuq l-intransigenza.

Sadanittant diga bdejt nahseb fuq il-fatt li ghada nifthu l-Adventure Area fil-Park Nazzjonali, progett iehor ta' fejda. U l-gimgha d-diehla nittama li nqatta ftit hin mal-familja fil-granet tal-Milied li gejjin.

Dec 16, 2009

S'issa ftit li xejn progress

Inkun onest s'issa ma tantx ghandi ottimizmu fuq il-Konferenza dwar il-Klima go Kopenhagen. Ftit tal-minuti ilu spicca jitkellem il-President Chavez tal-Venezuela u hlief paroli ta' demagogija ma smajtx. Jekk kien zdiedli l-ottimizmu nisma c-capcipa li nghata l-Ministru Svediz, l-ottimizmu niezel fl-art bid-diskors ta' Chavez u certi kelliema ohra. Chavez ghamel diskors ta' kwazi 30 minuta meta suppost dam biss 3 minuti ! Il-President hallih ghaddej. Ghal mument is-sala kien qisha cirku.

S'issa il-posizzjonijiet ghadhom wisq 'l boghod minn xulxin. Suppost li sa nhar il-Gimgha jintlahaq xi tip ta' ftehim li permezz tieghu it-temperatura ma tizdiedx aktar minn 2 degrees C billi l-emissjonijiet tas-CO2 jonqsu drastikament fuq livell mondjali.

L-UE lesta li tnaqqas l-emissjonijiet bi 30% tal-livell li kellha fl-1990 sakemm pajjizi ohra jikkontribwixxu ukoll. Mhux bizzejjed jikkontribwixxu l-pajjizi biss li s'issa accettaw il-Protokoll ta' Kyoto. Dawn jikkontribwixxu biss 30% tal-emissjonijiet. Pajjizi bhal USA, Cina, Brazil u pajjizi ohra li qed jizviluppaw jehtieg ukoll jaghtu l-kontribut taghhom inkella l-isforz tal-UE jkun ghalxejn. Dawn jikkontribwixxu ukoll u jehtieg inaqqsu huma wkoll.

L-udjenza barra c-centru tal-konferenza qed tistenna azzjoni konkreta. S'issa izda ftit jidher li se jkollna xi forma ta' ftehim li verament jkollu valur u jhalli rizultat li jinhass. Nittama li fis-sieghat li gejjin jkun hemm progress u jizdied is-sens ta' koperazzjoni fid-dawl tal-urgenza li qed tiffaccja d-dinja.