Censu Apap twieled fil-Belt
Censu Apap kompla jitghallem l-iskultura fil-British
Wirja ohra li rajt hija dik li ttelghet fic-centru tal- Bank of
Xi hadd jinghad li kiteb "...a bonsai truly represents the fusion of nature and human wisdom; it is an art that at once pursues the spirits of both nature and beauty" Stajt nifhem ahjar ghal darb'ohra dan il-bierah meta gejt mistieden niftah il-wirja annwali tas-socjeta' Bonsai Culture Group Malta. Hija wirja li ssahharni kull sena. Hija arti li trid imhabba, kreattivita', dixxiplina u passjoni. Dan il-grupp illum ghandu 'l fuq minn 70 membru attiv u jien u nkellem uhud minnhom mill-ewwel kienet evidenti l-passjoni kbira li ghandhom ghal din l-arti.
F'dawn il-granet mort nara l-wirja Edward Caruana Dingli (1876-1950) Portraits, Views and Folkloristic Scenes li l-Fondazzjoni Patrimonju Malti qed ittella gewwa l-Palazz l-Belt. Wirja ohra minn dawk li meta tarhom taffaxxina ruhek bil-wirt artistiku li hu moghni pajjizna bih. Irrid inrodd hajr lil Fondazzjoni, b'mod specjali lis-Sur Maurice Degiorgio ghall-impenn taghhom biex itellghu wirja ta' kwalita bhal din, fejn hu evidenti s-sens qawwi ta' dettall ghal kwalita'.
F’dawn il-granet kelli l-opportunita’ nzur mal-familja l-wirja li qed tittella bhalissa f’Ruma fuq Caravaggio f'għeluq l-400 mitt sena mill-mewt tieghu. Il-pittur famuż Michaelangelo Merisi, jew kif inhu magħruf Caravaggio, twieled f'Milan iżda hadem ukoll f’Ruma, Napli, Sqallija u anke f'Malta. F’perjodu relattivament qasir ta’ 17-il sena ddomina x-xena artistika tas-seklu sbatax. Il-wirja tinkludi 24 mill-aktar xoghlijiet famuzi tieghu: il-Bacchus (li tidher hawn), David b’Ras Golia, il-Kannestru bil-Frott, il-Htif ta’ Gesu fil-Gnien u xoghlijiet ohra li ngiebu mill-muzewijiet fl-Italja u anke minn diversi pajjizi ohra fosthom l-Istati Uniti, Irlanda, Russja u l-Germanja.
Dalghodu komplejt bil-mawriet tieghi fil-festi tal-kostitwenzi. Illum kien imiss il-festa ta' San Bert fil-Gharghur u dik ta' San Giljan gewwa San Giljan. Waqt li kont fir-rahal tal-Gharghur kelli l-opportunita' nigi mdawwar mis-Sur Lino Wettinger mal-knisja parrokjali li fehmni x-xoghlijiet tal-arti li biha hi moghnija din il-knisja.