Showing posts with label investiment. Show all posts
Showing posts with label investiment. Show all posts

Feb 9, 2012

Investiment li rrenda

F’dawn il-ġranet il-Prim Ministru u l-Ministru Tonio Fenech żaru l-fabbrika Trelleborg. It-Trelleborg investiet €10 miljun f’erba’ snin. Dan għamlitu waqt li madwarna qed iħabbat il-mewġ u l-maltemp. Għamlitu għax fil-mument l-aktar diffiċli sabet Gvern li kien lest li jgħinha. Il-Gvern intervjena biex jgħin lit-Trelleborg u xi tużżana fabriki oħra, fosthom Toly Products, ST, Methode, Stainless Steel u Guthenberg Press, li bejniethom jimpjegaw ‘l fuq minn 5000 ruh. Meta dawn marru 4-day week fl-eqqel tal krizi ekonomika, il-Gvern beda jħallas il-ħames ġurnata tal-ġimgħa, biex il-ħaddiema jieħdu taħriġ u għenhom jinvestu biex iġibu xogħol ġdid.

B’din il-ħidma salvajna mal-5000 post tax-xoghol. Barra minn hekk gawdew ħafna kumpaniji ohra li jiddependu fuq dawn il fabbriki għax jatuhom ħafna xoghol subcontracted inkella nvoluti indirettament f’marketing, transport u packaging għal dawn il-fabriki. Issa dawn il-kumpaniji qed jerġgħu jaraw tkabbir bl-investiment li sar fihom. It-Trelleborg tħaddem mas-600 ħaddiem li llum jistgħu jkomplu jħarsu ‘l quddiem, meta jaraw lill-kumpanija li timpjegahom tħares ‘l quddiem b’tant fiduċja. Tajjeb wieħed jgħid li l-Gvern seta’ jgħin lit-Trelleborg u l-fabriki l-oħra għax qata’ ċertu nfieq u ħela li kien ilu għaddej, bħalma hu s-sussidju lit-Tarznari u t-transport pubbliku.

Hemm aspett ieħor importanti. Kumpaniji bħat-Trelleborg jagħżlu li jkomplu jikbru f’pajjiżna għax isibu ambjent fejn l-ħaddiema huma mħarrġa. Dan grazzi għall-investiment kbir l-ieħor tal-Gvern fis-settur tal-edukazzjoni bħal dak li ġie nvestit fl-MCAST. Il-verita’ hi li bis-saħħa tal-għażliet tajbin qed noħolqu aktar opportunitajiet u impjiegi.

Oct 25, 2010

Budget realistiku u responsabli

Ghadna kif temmejna nassistu ghad-diskors tal-Budget ipprezentat mill-Ministru tal-Finanzi ghas-sena d-diehla. Budget ta’ Gvern li qed jibni b’kawteka ghax jaghraf ir-realtajiet ekonomici internazzjonali. Filwaqt li pajjizi ohra qeghdin jiehdu mizuri ta’ awsterita’ u jqacctu l-beneficcji socjali, f’dan il-Budget il-Gvern se jkun qed jinvesti fl-oqsma li huma krucjali ghall-izvilupp ta’ pajjiz: edukazzjoni u tahrig, sahha, pensjonijiet u servizzi socjali u fuq kollox fl-ambjent u l-infrastruttura.

Dan kien budget li kompla joffri ncentivi u mizuri favur l-ambjent. Smajna dwar mizuri li jincentivaw ix-xiri ta’ solar water heaters biex tikkumplimenta l-iskema eżistenti, skemi favur xiri ta’ karozzi li jahdmu bl-elettriku kif ukoll skemi li jhajru persuna jiskrappja karozza antika.

Bħala appoġġ lill-bdiewa u lir-raħħala full-time, se titnaqqas il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali tagħhom għal 12%, biex b’hekk kull bidwi u raħħal se jħallas medja ta’ madwar €520 fis-sena anqas f’bolla. Tniehda wkoll fond ta’ €400,000 biex jittaffa l-impatt ta’ prezzijiet dejjem jizdiedu tac-cereali fuq ir-raħħala tagħna.

Dan minbarra aktar investiment fuq progetti li jkomplu jtejbu u jsebbhu pajjizna, fl-immaniggjar tal-iskart, kif ukoll aktar investiment fuq ir-restawr tal-patrimonju taghna. Dawn il-miljuni kollha f’investiment mhux biss se jgawdu minnhom il-maltin b’mod dirett imma se jkomplu jaghmlu lil pajjizna aktar kompetittiv fil-qasam tal-industrija tat-turizmu. Kien ghalhekk li biex isostni din in-nefqa rekord ghat-turizmu, il-Gvern zied b’mod marginali l-VAT fuq l-akkomodazzjoni, liema dhul se jkun ri-investit fl-istess qasam.

Fuq kollox, smajna Budget li jkompli jinvesti fuq il-holqien tax-xoghol. Budget li jsostni t-tkabbir ekonomiku billi jsahhah il-kompettivita’ ta’ pajjizna u l-intraprizi taghna.