Sep 19, 2009

Ilqugh mill-gharar f'Pembroke

Din il-gimgha mort nara l-aħħar fażi tal-proġett tal-ilqugħ mill-għarar f’Pembroke. Il-pożizzjoni ġeografika ta’ din il-lokalita’ hija suxxettibbli għall-għarar minħabba l-fatt li tilqa’ fiha l-ilmijiet li jinżlu minn tal-Ibraġġ u l-Madliena.

Ir-residenti tal-inhawi kien ilhom jitolbu li jsiru interventi halli l-garaxijiet taghhom ma jibqghux jeghrqu kull meta taghmel maltempata. Ghalhekk kont tajt struzzjoni sabiex tigi ddisinjata soluzzjoni u tigi mplimentata fl-iqsar zmien. Ovvjament ix-xoghol ried isir fil-perjodu tas-sajf u qabel ma tinfetah l-iskola Primarja gdida ta' Pembroke li inbniet f'din iz-zona. Irid jinghad ukoll li x-xoghol sar b'ko-ordinazzjoni mal-FTS li minn naha taghha hadet hsieb li jinbena gibjun taht din l-iskola l-gdida.

Ix-xoghol li qed jaghmel il-Ministeru jikkonsisti f'xoghol ta' culverts biex jilqgħu l-ilmijiet f’Pembroke. Gie nstallat culvert mill-coastroad fin-naha tac-cimiterju tas-suldati halli kemm jista jkun nigbru l-ilma li jkun gej minn High Ridge u l-Madliena u jintefa f'gibjun kbir ta' zmien l-Inglizi li hemm taht il-binja maghrufa bhala Sandhurst. Mill-bqija qed jigu nstallati numru ohra ta' culverts fit-toroq li minnhom kien jghaddi kwantita' ta' ilma. Din is-sistema ta’ culverts hija maħsuba biex eventwalment l-ilmijiet li jinġabru fl-inħawi msemmija, jgħaddu minn kanal taħt Triq il-Mediterran.

Waqt li ghaddejjin bix-xoghol instab li l-komunikazzjoni tad-drenaġġ ta’ numru żgħir ta’ djar instabet f’livelli aktar fil-fond minn dak mistenni, u ghalhekk kellhom isiru xi emendi fil-livelli tal-kanal sabiex il-katusi tad-drenagg ma jtelfux il-mogħdija tal-ilma. Sabiex inwettqu dan il-proġett investejna ‘l fuq minn €100,000. Dan huwa progett zghir hdejn il-progett nazzjonali tal-ilqugh mill-gharar li se jqum €56 Miljun fondi Ewropej sabiex isolvi bosta problemi f'lokalitajiet ohra f'pajjizna bhal B'Kara, Imsida, Gzira, Wied il-Ghajn u ohrajn. Dan il-progett bhalissa qed jigi pprocessat mill-MEPA.

Sep 13, 2009

Grazzi Michael

Hadt gost nisma t-“testment politiku”, hekk iddeskrivih Michael Refalo waqt ic-cerimonja qasira li saret il-bierah fl-ufficcju tal-PN gewwa Tas-Sliema meta inghata Gieh ghal hidma politika tieghu. Hidma politika li fiha biss biss ghamel 32 sena fil-parlament bhala deputat. Ili naf lil Michael minn mindu twelidt, infatti lil Lawrence Gonzi wara d-diskorsi qallu “lil George nafu jitwieled”. Michael dejjem laqatni bhala persuna habrieka u bhala politiku b’pinna eccellenti. Mhux ta’ b’xejn li ghamel hafna snin ukoll Editur tal-gurnal ta’ nhar ta’ Hadd tal-PN “Il-Mument”.

Illum li rtira mill-hajja politika ma jidhirx li tielef l-entuzjazmu ghal politika. Ghamel diskors tajjeb hafna. Diskors li jispirak. Enfasizza kemm hu mportanti li jkun hemm ghaqda bejn id-deputati u li l-ambizzjoni tkun wahda biss u ambizzjoni komuni: dik li jaghmlu dejjem aktar lil PN “strument ta’ bidla”. Huwa stqarr li l-PN jibqa biss strument ta’ bidla biss jekk jibqa leali lejn il-principji tieghu ta’ liberta’ u solidarjeta’ u jibqa jikkomunika mal-poplu.

Il-midalja li tah il-PN iddedikha lil martu u l-familja tieghu li mieghu qasmu it-tlugh u l-inzul tal-hajja politika. Iddedikha ukoll lil dawk kollha li ghenuh fil-hajja politika tieghu, minn dawk li hadmu mieghu meta kien Ministru ghal dawk li appoggjaw lilu u l-PN ghax jemmnu fl-ambizzjonijiet li jrid jikseb il-partit. Nies li minkejja t-theddid u l-vendikazzjonijiet li ghaddew minnhom fis-16 il-sena ta’ tmexxija Laburista, xorta baqghu sodi fil-principji taghhom.

Laqatni l-kumment li ghamel “Irridu nibqghu sodi dejjem anke meta nircievu l-kritika. Niftakar li meta tlajna fl-1987 kien hemm minn stenna li npattuha. Izda ahna bqqajna sodi ghax fl-Opposizzjoni tghallimna li m’ghandekx taghmel dak li tistenna li haddiehor ma’ jaghmilx mieghek” Kliem sod minn politiku li ghadda hafna minn hajtu fis-servizz tal-ohrajn.

Sep 11, 2009

Ftuħ ta’ ġawhra

Hafna se jkollhom l-opportunita' jaraw u jgawdu f'dawn il-granet Villa Francia issa li din il-ġawhra se tinfetah, wara li sarilha xogħol kbir ta’ restawr, manutenzjoni u giet mghammra bl-ghamara necessarja. Din il-villa tifforma parti mill-kullana kbira ta’ patrimonju nazzjonali li pajjizna jista’ jiftaħar bih. Aħna pajjiż żgħir bi storja u wirt liema bħalu.

Din hi villa li tinsab Ħal Lija u hu maħsub li nbniet għall-ħabta tal-1757 fi stil barokk. Studjużi jaffermaw li din il-villa ma nbnietx f’daqqa imma ħadet perjodu ta’ snin biex saret il-villa li nafu llum. Il-villa tikkonsisti f’binja ta’ żewġ sulari b’ġonna quddiem u wara. Fil-ġnien ta’ wara wieħed jista’ jsib ukoll sienja u gibjun kbir.

Il-Villa hija llum ufficjalment residenza tal-Prim Ministru, li minn naħa tiegħu mill-ewwel wera x-xewqa li bix-xogħol li jsir fiha, dan il-wirt storiku jsir post ħaj u flessibli biżżejjed biex ikun jista’ jghaqdi diversi ħtiġijiet tal-Istat. Kien għalhekk li anke l-għamara li ntgħażlet, filwaqt li tirrispetta l-istorja tal-post, hija wkoll komda u adattata għall-bżonnijiet li hemm maħsuba għal dan il-post.

Il-ftuħ ta’ Villa Francia huwa wkoll mafkar ħaj tal-ħila u d-dedikazzjoni tal-ħaddiema li kienu nvoluti f’din il-biċċa xogħol tant delikata. Dawn huma ħaddiema li jaħdmu mad-Diviżjoni tar-Restawr u Diviżjonijiet oħrajn tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet. Għal bosta minnhom dan ix-xogħol serva wkoll biex ikomplu jitħarrġu fuq is-snajja tagħhom. Kwalunkwe xogħol li żdied mal-villa matul is-snin u li ma jirrispettax l-istorja tagħha issa tneħħa għal kollox. Irrid nghid grazzi lil predicessur tieghi Ninu Zammit tal-interess personali li ha biex dan il-post ha s-sura li ghandu llum mill-istat dizastruz li kien fih qabel ma nbeda x-xoghol.

Sep 10, 2009

Favur is-sostenibbilta’

L-industrija tat-tonn hija waħda importanti għall-ekonomija Maltija u l-Gvern hu favur li jsib il-bilanċ meħtieġ biex jiżgura futur sostenibbli għal din l-ispeċi. Izda huwa obbligu taghna ukoll naraw li din l-attivita’ ekonomika tibqa wahda viabbli u b’sahhitha. Ta’ min jghid li pajjizna appoggja l-Pjan għall-Irkupru tat-Tonn deciz mill-ICCAT (International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas) s-sena l-ohra. Dan il-Pjan, fost affarijiet ohra, impona aktar restrizzjonijiet u infurzar akbar halli jkunu eliminati kemm jista jkun l-abbuzi.

Jien infurmat bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fejn ġie deċiż li b’mod proviżorju taqbel li tappoġġja t-talba tal-Prinċipat ta’ Monako favur l-inklużjoni tal-ispeċi tat-tonn fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni tas-CITES (Convention on International Trade in Endangered Species). Tajjeb nghid li kieku dan kellu jsehh dan ikun ifisser li jieqaf il-kummerc internazzjonali tat-tonn u s-sajjieda jkunu jistghu jaqbdu biss tonn li jinbiegh fis-suq nazzjonali taghhom. B’hekk tieqaf definittivament l-esportazzjoni u l-attivita' ta' tuna farming ghall-esportazzjoni. Pajjizna mhux konvint li hemm htiega ta’ mizura drastika bhal din galadarba ma hemmx informazzjoni xjentifika certa li ssostni dan.

Tajjeb wiehed jghid li din hija biss decizjoni provizorja, tant li l-Kummissjoni Ewropea ħabbret li d-deċiżjoni finali tagħha tkun imħabbra qabel il-laqgħa tas-CITES li se ssir f’Marzu 2010 wara li tkun evalwat id-data xjentifika. Il-Kummissjoni Ewropea sejra tikkonsulta l-iStati Membri tal-Unjoni Ewropea fuq il-proposta ta’ Monako nhar il-21 ta’ Settembru 2009. Sadanittant se nkomplu bil-laqghat taghna mas-setturi Maltin li jistgħu jiġu affettwati jekk il-proposta ta’ Monako tiġi aċċettata mis-CITES.

Sep 9, 2009

Addio Allegria !

Addio Allegria ! Allegria dik il-kelma li tant kien ilissen bil-qalb Mike Bongiorno li halliena l-bierah fl-eta' ta' 85 sena. Miet b'attakk tal-qalb waqt li kien ghal vakanza gewwa Montecarlo. Bongiorno kien dak il-personagg li tant konna drajna fi djarna imexxi programmi quiz li minnhom konna nitghallmu.

Bongiorno beda l-ewwel quiz tieghu fl-1956. L-aktar tnejn li ghallanqas niftakar jien kien "Lascia o raddoppia" u "Rischiatutto". Kien presentatur serju izda simpatiku. Il-programmi ta' quizzes tieghu kienu divertenti u joffru taghlim lil kulhadd. Il-quiz programmes tieghu kienu differenti mill-quizzes li naraw ilum fuq TV, fejn hafna drabi il-kompetitur irid jaghzel risposta tajba minn tlett risposti suggeriti. Lili ghallanqas ituni l-impressjoni ta' lotterija aktar milli ta' quiz serju.

Forsi ftit nies jafu li waqt it-Tieni Gwerra Dinjija Bongiorno kien mitfuh fil-habs ta' Milan wara li kien inghaqad mal-partigjani Taljani fil-muntanji. Kien arrestat f'April tal-1944 u mieghu fic-cella kien hemm ukoll il-famuz gurnalist Indro Montanelli. Minn Ottubru ta' dik is-sena sakemm inheles spicca f'diversi kampi ta' koncentrament. Kien inheles fi Frar tal-1945 wara bdil ta' prigunieri bejn l-Istati Uniti u l-Germanja Nazzista. Bongiorno jirrakkonta li dawk kienu l-aktar mumenti difficli f'hajtu izda kienu l-aktar mumenti li hassu vicin ta' Alla u l-Madonna. Kull meta kien ikellem liz-zghazagh dejjem kien jghidilhom "Tinsewx li jezisti Alla". Il-bierah Mike mar jinghaqad ma' dak li tant kien jemmen fih.

Sep 3, 2009

Inbejjed ta' Kwalita' - Investiment fl-ambjent

Il-bierah u dalghodu attendejt zewg attivitajiet li laqqghuni mill-vicin mal-produzzjoni tal-inbejjed ta' kwalita' f'pajjizna. Zort l-ghelieqi tal-kumpanija Marsovin gewwa l-Marnisi limiti ta' M'Xlokk. Il-kumpanija Marsovin, li din is-sena qed ticcelebra d-90 sena taghha, minn din is-sena se tkun qed tipprovdi l-għeneb kollu li teħtieg għall-imbejjed ta' kwalita' taghha mill-ghelieqi ta' pajjizna. Dalghodu akkumpanjajt lil Prim Ministru fil-ftuh ta' impjant gdid modern mill-kumpanija Delicata gewwa l-Marsa.

Irrid nirringrazzja lil dawn iz-zewg produtturi lokali li flimkien mal-produtturi lokali l-ohra bhal Camilleri, Meridiana u MonteKristo emmnu fil-qabza ta' kwalita' li l-inbejjed Maltin setghu jaghmlu. L-għajnuna f'sussidji li dawn il-produtturi kif ukoll il-bdiewa rċevew mingħand il-Gvern u l-UE kienet fattur ewlieni li wassal għat-trasformazzjoni totali tas-settur tal-inbid f'pajjizna fuq medda zghira ta' snin.

Huwa mportanti li l-produtturi lokali jersqu aktar 'l quddiem halli jippromwovu b'mod kollettiv l-inbejjed lokali ta' kwalita'. L-inbejjed Maltin illum huma ċċertifikati ghal kwalita' għolja taghhom mill-aqwa enoteka Taljana. Il-Gvern minn naha tieghu diġà qed jaħdem biex isaħħaħ il-promozzjoni tal-prodott lokali izda hemm bzonn ta' sforz kollettiv akbar mill-produtturi. Bhala Gvern diga bdejn l-ewwel passi halli nifthu f'pajjizna l-ewwel enoteka f'Malta li sservi ta' vetrina ghal aktar minn 100 kwalità ta' nbejjed lokali DOK u IGT filwaqt li qed jahdem biex tibda ssir Festa tal-Inbid Malti kull sena flimkien mal-produtturi lokali kollha. B'hekk jizdied l-apprezzament fost il-pubbliku.

Il-pubbliku ghandu japrezza li llum ghandna art dedikata ghad-dwieli daqs sitt darbiet l-Belt Valletta. Meta wiehed jixrob inbid lokali ikun qed jghin ukoll biex il-hdura li jaghtu d-dwieli lil-kampanja taghna specjalment fix-xhur xotti tas-sajf tkun sostnuta. Min jixrob inbid ta' kwalita Malti mhux biex ikun qed jixrob prodott ta' kwalita' imma jkun qieghed ukoll jghin l-ambjent ta' pajjizna.

Sep 2, 2009

Gwerra qatt aktar

Il-bierah gewwa Gdansk fil-Polonja gie mfakkar il-bidu tal-konflitt tat-Tieni Gwerra Dinjija. Din il-gwerra li nbiet mir-regim Nazista Germaniz halliet 60 Miljun vittma. Kien propju fl-1 ta' Settembru tal-1939 li nbeda l-ewwel attakk Nazist mill-bastiment Germaniz Schleswig-Holstein ghall-invazzjoni tal-Polonja.

Il-Kancellier Germaniz, Angela Merkel waqt ic-cerimonja ta' tifkira qalet "it-trasformazzjoni pacifika tal-Ewropa wara t-terrur u l-vjolenza tat-Tieni Gwerra huwa miraklu". Ghanda ragun. Il-paci li ghandna madwarna llum ma rridu qatt niehduha for granted. Ftit jinteressana nifhmu minn xhiex ghaddiet l-Ewropa u d-dinja halli nitghallmu mill-izbalji tal-passat. Ghandna habta xi kultant nassumu li l-paci waqghet mis-sema u se tibqa maghna ghal dejjem. Irridu nahdmu ghal paci kuljum.

Laqatni ukoll id-diskors ta' Putin meta wissa li filwaqt li mportanti li naghrfu l-izbalji tal-passat huwa dmir taghna li ma nirrepetux l-istess zbalji. "Irridu niggieldu kuljum l-mibgheda razzjali u nibnu politika fuq principji komuni" Putin fakkar ukoll li ftit aktar minn nofs tal-vittmi tat-Tieni Gwerra kienu cittadini ta' dik li kienet l-Unjoni Sovjetika.

L-aktar messaggqasir u sinifikanti kien dak ta' Ignacy Skowron fuq wheelchair, wiehed mill-unici erbgha suldati Pollakki li ghadhom hajjin, meta qal "Gwerra qatt aktar".