Sep 30, 2008

Frott b'xejn ghat-tfal fl-iskejjel primarji.

Ħadt gost li waqt il-laqgħa ta' llum tal-Kunsill tal-Ministri tal-Agrikoltura ta’ l-UE tennejt l-appoġġ ta' Malta għall-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex jingħataw frott u ħxejjex b’xejn lit-tfal fl-iskejjel primarji.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li tiffinanzja sa’ 75% ta’ l-ispiża biex dan il-faxx ta' studenti Maltin u Għawdxin jingħataw frott u ħxejjex fl-iskejjel primarji. Nhoss li din il-proposta hija miżura konkreta li permezz tagħha nistgħu ngħallmu lill-ġenerazzjonijiet futuri l-ħtieġa ta’ nutrizzjoni bbażata fuq frott u hxejjex. Sfortunatament f'pajjizna ghandna rata gholja ta' tfal bi problema ta' hxuna zejda u hemm bzonn programm aktar aggressiv bejn l-awtoritajiet kollha biex innaqqsu din il-problema.

Enfasizzajt fuq il-ħtieġa li fl-implimentazzjoni ta’ din l-iskema jkun hemm biżżejjed flessibilita’ lill-iStati Membri biex jimplimentawha. Shaqt ukoll li l-flus ghandhom jitqassmu lill-pajjizi li l-aktar ghandhom rata gholja ta' obesita' fost it-tfal. Din l-inizjattiva għandha twassal sabiex it-tfal jiżviluppaw apprezzament ukoll għal mod li bih ikun ġie prodott l-ikel ipprovdut u appellajt biex id-diskussjoni dwar din il-proposta ma ddumx ma tkun konkluża mill-Unjoni Ewropea.

No comments: