Ma waqafniex nirrakontaw il-hmerijiet li konna naghmlu ta' tfal li konna. Kulhadd ghadu jiftakar li waqt ir-rehearsals tal-choir bosta drabi Ms.Baldacchino li kienet d-direttrici tal-kor kienet tispicca tkeccini 'l barra ghax inkun qed inparla jew naghmel xi cajta goffa ! "George u Charles barra !" Charles Azzopardi li llum jahdem il-BOV, imma dak iz-zmien kien il-percimess mieghi.
Id-diskors waqa' fuq kif konna nghixu ahna u kif jghixu llum t-tfal taghna. Omm minnhom qaltli "Ma kellna xejn u konna niehdu gost b'kollox, illum t-tfal ghandhom kollox u ma jafu jiehdu gost b'xejn!" Hafna mill-membri kienu tfal tal-haddiema. Konna niehdu gost b'affarijiet semplici u nfittxu attivitajiet fi grupp bhal l-kor stess, hikes u ghum. Iz-zmien jinbidel u nbdilna ahna ukoll.
1 comment:
Mir-ritratt jidher li ħadtu pjaċir sew. Naħseb kont nieħu pjacir tassew jien ukoll magħkom wara dawn is-snin kollha. Ma tantx jien it-tip nostalġiku, pero għandi memorji ħelwin minn dak iż-żmien...avolja għaddew xi 35 sena!
Tislijiet mill-Ingilterra.
Post a Comment