Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi pprezentalu plattin tal-fidda bil-kliem "Quddiem Alla u quddiemkom nistgħu ngħidu li dejjem għamilna l-almu tagħna" mnaqqax fuqu. Dan kien kliem li Eddie kien nissel waqt Mass Meeting f'Birkirkara fit-2 ta' Mejju 1982. Il-President deher verament kommoss. Nista nifhem li mhux facli ghalih johrog mix-xena publika wara tant snin ta' hidma u servizz. Persuna li tibqa mnaqqxa b'ittri tad-deheb fl-istorja ta' pajjizna. Politiku li b'determinazzjoni kbira mibnija fuq valuri sodi dawwar id-direzzjoni ta' dan il-pajjiz. Minn pajjiz fi kwazi dittatura fl-1987 rnexxielu jibdlu f'pajjiz modern b'demokrazija shiha u membru tal-familja Ewropea.
Eddie Fenech Adami qal li apprezza l-ħsieb tal-Grupp Parlamentari tal-PN u qal li "għal ħafna snin ħdimna flimkien u tajna mill-aħjar li stajna fiċ-ċirkostanzi kif fhimnihom matul iż-żmien".
Wara l-parti formali nzielna fil-gnien privat tal-President, li kien jixghel bil-gmiel hekk kif harget ix-xemx wara granet shah ta' xita. Ma waqfux lanqas il-battuti helwa bejn il-Membri Parlamentari, hekk u hekk ma tantx ikollna wisq mumenti informali bhal dawn bejnietna. Ha nghidilkom wahda. Ahna u nezlin it-tarag ghal gnien wiehed MP qal lil Jason Azzopardi: "Ara ticcekjax ghandhomx permess dawk it-tables and chairs li ghandu l-President !"
No comments:
Post a Comment