Sfortunatament il-laqgħa żvolġiet fi sfilata ta’ kandidati Laburisti ghall-Parlament Ewropew li kienu f’kompetizzjoni sfiqa bejniethom għal min se jieħu l-aqwa rikba jew l-ikbar ċapċipa. Smajna diskors wara ieħor għall-gallerija u ebda proposta jew suġġeriment konkret ta’ kif pajjiżna jista’ tabilħaqq ikompli jimmaniġġja l-iskart tiegħu u jieħu l-enerġija minnu. Tiskanta kif esponenti tal-Partit Laburista, uħud minnhom nies rispettati u b’karriera professjonali , jitħallew jinġarru mill-kurrent ta’ folla fi spirtu ta’ konfrontazzjoni. Meta gejt biex inwiegeb ghax hekk intlabt, beda gej tghajjir u ghajjat minn kull naha, lanqas biss kont ghadni lissint kelma !
Għaddew 4 snin minn xenata ta' Wied il-Ghajn u minkejja li l-Partit Laburista tilef elezzjoni oħra, u għandu mexxej ġdid li suppost wettaq terremot, sfortunatament ikolli nikkonkludi li kif ilni nissuspetta ma nbidel xejn fl-Oppożizzjoni. Politiku li tassew jirrispetta lill-poplu għandu jħares lil hinn minn ċapċipa llum, imma jahdem fl-interess nazzjonali biex ic-capcipa johodha ghada minn uliedna.
No comments:
Post a Comment